|
+Artikolu 55 4. |
Artikolu 55 4.Mill-mument meta l-applikazzjoni titqies kompluta, l-awtorità kompetenti għandha tittrasmetti t-tagħrif kollu inkluż fl-applikazzjoni lill-awtoritajiet li ġejjin:
(a)
l-awtoritajiet rilevanti;
(b)
l-awtorità kompetenti rilevanti msemmija fil-punt (40) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(c)
l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri fejn is-CSD jkun stabbilixxa konnessjonijiet interoperabbli ma’ CSD ieħor minbarra fejn is-CSD jkun stabbilixxa konnessjonijiet interoperabbli msemmija fl-Artikolu 19(5);
(d)
l-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru ospitanti fejn l-attivitajiet tas-CSD huma ta’ importanza sostanzjali għall-funzjonament tas-swieq tat-titoli u għall-protezzjoni tal-investituri skont it-tifsira tal-Artikolu 24(4);
(e)
l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tal-parteċipanti tas-CSD li huma stabbiliti fit-tliet Stati Membri bl-akbar valuri ta’ saldu fis-sistema ta’ saldu tat-titoli tas-CSD, fuq bażi aggregata matul perijodu ta’ sena;
(f)
l-ESMA; u
(g)
l-EBA. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|