+Artikolu 60 Superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu nominati u CSDs awtorizzati sabiex jipprovdu servizzi anċillari ta’ tip bankarju
---+Artikolu 60 1.
---+Artikolu 60 2.
---+Artikolu 60 3.
|
Artikolu 60 Superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu nominati u CSDs awtorizzati sabiex jipprovdu servizzi anċillari ta’ tip bankarju
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 60 1.
|
Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 17 u 22 ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-punt (40) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 huma responsabbli għall-awtorizzazzjoni bħala istituzzjonijiet ta’ kreditu u għas-superviżjoni bħala istituzzjonijiet ta’ kreditu taħt il-kondizzjonijiet previsti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fid-Direttiva 2013/36/UE tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu nominati u s-CSDs awtorizzati taħt dan ir-Regolament biex jipprovdu servizzi anċillari tat-tip bankarju. L-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu responsabbli wkoll għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu nominati u s-CSDs imsemmija f’dak is-subparagrafu fir-rigward tal-konformità tagħhom mar-rekwiżiti prudenzjali msemmija fl-Artikolu 59 ta’ dan ir-Regolament. L-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jivvalutaw regolarment, u tal-inqas kull sentejn, jekk l-istituzzjoni ta' kreditu nominata jew is-CSD awtorizzat biex jipprovdi servizzi anċillari ta' tip bankarju jikkonformawx mal-Artikolu 59 u għandhom jgħarrfu lill-awtorità kompetenti tas-CSD li għandha mbagħad tgħarraf lill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 55(4) u, fejn applikabbli, il-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 24a, bir-riżultati, inkluż bi kwalunkwe azzjoni ta' rimedju jew penali, tas-superviżjoni tagħha skont dan il-paragrafu.
|
|
Artikolu 60 2.
|
►M4
L-awtorità kompetenti tas-CSD għandha, wara li tikkonsulta lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 u lill-awtoritajiet rilevanti, tirrieżamina u tevalwa mill-inqas kull sentejn dan li ġej: ◄
(a)
fil-każ imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 54(2), jekk l-arranġamenti kollha meħtieġa bejn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu nominati u s-CSD jippermettulhomx jissodisfaw l-obbligi tagħhom kif stipulati f’dan ir-Regolament;
(b)
fil-każ imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 54(2), jekk l-arranġamenti dwar l-awtorizzazzjoni biex jingħataw servizzi anċillari tat-tip bankarju jippermettux lis-CSD jissodisfa l-obbligi tiegħu kif stipulati f’dan ir-Regolament.
B'mod regolari u tal-anqas kull sentejn, l-awtorità kompetenti tas-CSD għandha tgħarraf lill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 55(4) u, fejn applikabbli, il-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 24a, bir-riżultati, inkluż kwalunkwe azzjoni ta' rimedju jew penali, bir-rieżami u l-evalwazzjoni tagħha skont dan il-paragrafu. Meta CSD jinnomina istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata skont l-Artikolu 54, bil-ħsieb tal-protezzjoni tal-parteċipanti fis-sistemi ta’ saldu tat-titoli li jħaddem, CSD għandu jiżgura li jkollu aċċess mill-istituzzjoni ta’ kreditu li jinnomina għat-tagħrif meħtieġ kollu għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u għandu jirrapporta kwalunkwe ksur lill-awtorità kompetenti tas-CSD u lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 60 3.
|
Sabiex tiżgura superviżjoni konsistenti, effiċjenti u effettiva ġewwa l-Unjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-CSDs awtorizzati sabiex jipprovdu servizzi anċillari ta’ tip bankarju, l-EBA tista’, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-ESMA u l-membri tas-SEBĊ, toħroġ linji gwida indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0909
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|