+Artikolu 65 Rapportar ta’ ksur
---+Artikolu 65 1.
---+Artikolu 65 2.
---+Artikolu 65 3.
|
Artikolu 65 Rapportar ta’ ksur
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 65 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu mekkaniżmi effettivi biex jinkoraġġixxu r-rapportar ta’ ksur potenzjali jew reali ta’ dan ir-Regolament lill-awtoritajiet kompetenti.
|
|
Artikolu 65 2.
|
Bħala minimu, il-mekkaniżmi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu:
(a)
proċeduri speċifiċi biex jiġu rċevuti u għall-investigazzjoni ta’ rapporti dwar ksur potenzjali jew reali u s-segwitu tagħhom, inkluż l-istabbiliment ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni siguri għal dawk ir-rapporti;
(b)
protezzjoni adatta għall-impjegati tal-istituzzjonijiet li jirrapportaw ksur potenzjali jew reali mwettaq fl-istituzzjoni kontra ritaljazzjoni, diskriminazzjoni jew tipi oħrajn ta’ trattament inġust bħala minimu;
(c)
protezzjoni tad-data personali li tikkonċerna kemm lill-persuna li tirrapporta l-ksur potenzjali jew reali kif ukoll lill-persuna fiżika li hija allegatament responsabbli għal ksur skont il-prinċipji stabbiliti fid-Direttiva 95/46/KE;
(d)
protezzjoni tal-identità kemm tal-persuna li tirrapporta l-ksur kif ukoll tal-persuna fiżika li hija allegatament responsabbli għal ksur, fl-istadji kollha tal-proċeduri dment li tali żvelar ma jkunx mitlub mil-liġi nazzjonali fil-kuntest ta’ investigazzjoni ulterjuri jew proċedimenti amministrattivi jew ġudizzjarji sussegwenti.
|
|
Artikolu 65 3.
|
L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-istituzzjonijiet ikollhom fis-seħħ proċeduri adatti għall-impjegati tagħhom sabiex jirrapportaw ksur reali jew potenzjali internament b’mezz speċifiku, indipendenti u awtonomu. Tali mezz jista’ wkoll jiġi pprovdut permezz ta’ arranġamenti previsti mill-imsieħba soċjali. Għandha tapplika l-istess protezzjoni kif msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-paragrafu 2.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0909
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|