|
+Artikolu 75 Rieżami |
Artikolu 75 RieżamiArtikolu 75 Rieżami Sas-17 ta’ Jannar 2029, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina u tħejji rapport ġenerali dwar dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha, b'mod partikolari, tivvaluta:
(a)
il-kwistjonijiet imsemmija fl-Artikolu 74(1), il-punti (a) sa (l), jistabbilixxu jekk hemmx ostakli sostantivi għall-kompetizzjoni fir-rigward tas-servizzi soġġetti għal dan ir-Regolament li ma humiex indirizzati biżżejjed u jqisu l-ħtieġa potenzjali li jiġu applikati miżuri ulterjuri biex:
(i)
itejbu l-effiċjenza tas-saldu;
(ii)
jillimitaw l-impatt fuq il-kontribwenti tal-falliment tas-CSDs;
(iii)
jindirizzaw kwalunkwe kwistjoni ta' kompetizzjoni jew ta' stabbiltà finanzjarja identifikata relatata mas-saldu internalizzat;
(iv)
jimminimizzaw l-ostakli għas-saldu transkonfinali;
(v)
jiżguraw setgħat u informazzjoni adegwati għall-awtoritajiet biex jimmonitorjaw ir-riskji;
(b)
il-funzjonament tal-qafas regolatorju u superviżorju għas-CSDs tal-Unjoni, speċjalment dawk is-CSDs li l-attivitajiet tagħhom huma ta' importanza sostanzjali għall-funzjonament tas-swieq tat-titoli u tal-protezzjoni tal-investituri fl-Unjoni f'mill-inqas żewġ Stati Membri ospitanti, b'enfasi partikolari fuq il-forniment transkonfinali ta' servizzi, ir-riskji potenzjali għall-klijenti u l-parteċipanti ta’ CSDs, il-protezzjoni tal-investituri u l-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni;
(c)
il-funzjonament u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-qafas regolatorju u superviżorju tal-Unjoni għal CSDs ta' pajjiżi terzi, b'mod partikolari s-superviżjoni ta’ tali CSDs meta jipprovdu servizzi fl-Unjoni, inkluż ir-rwol tal-ESMA. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta r-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' kwalunkwe proposta xierqa. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|