+Artikolu 2 Kalkolu tal-valur totali tal-assi mmaniġġjati
---+Artikolu 2 1.
---+Artikolu 2 2.
---+Artikolu 2 3.
---+Artikolu 2 4.
---+Artikolu 2 5.
---+Artikolu 2 6.
|
Artikolu 2 Kalkolu tal-valur totali tal-assi mmaniġġjati
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 2 1.
|
Sabiex jikkwalifika għall-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2011/61/UE AIFM għandu:
(a)
jidentifika l-AIFs kollha li għalihom huwa maħtur bħala l-AIFM estern jew l-AIF li għalih huwa l-AIFM, fejn il-forma ġuridika tal-AIF tippermetti mmaniġġjar intern, skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2011/61/UE;
(b)
jidentifika għal kull AIF immaniġġjat il-portafoll tal-assi u jiddetermina skont ir-regoli tal-valwazzjoni stipulati fil-liġi tal-pajjiż fejn l-AIF ikun stabbilit jew skont il-każ, fir-regoli jew l-istrumenti tal-inkorporazzjoni tal-AIF il-valur korrispondenti tal-assi mmaniġġjati, inklużi l-assi kollha akkwistati permezz tal-użu tal-ingranaġġ;
(c)
jaggrega l-valuri determinati tal-assi mmaniġġjati għall-AIFs immaniġġjati kollha u jqabbel valur totali li jirriżulta tal-assi mmaniġġjati mal-limitu relevanti stabbilit fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2011/61/UE.
|
|
Artikolu 2 2.
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, impriżi tal-investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) li għalihom l-AIFM jaġixxi bħala l-kumpanija tal-immaniġġjar maħtura skont id-Direttiva 2009/65/KE ma għandhomx jiġu inklużi fil-kalkolu. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, AIFs immaniġġjati mill-AIFM li għalihom l-AIFM ikun iddelega funzjonijiet skont l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2011/61/UE għandhom jiġu inklużi fil-kalkolu. Madankollu, il-portfolji ta’ AIFs li l-AIFM ikun qed jimmaniġġja skont delega għandhom jiġu esklużi mill-kalkolu.
|
|
Artikolu 2 3.
|
Għall-fini tal-kalkolu tal-valur totali tal-assi mmaniġġjati, kull pożizzjoni ta’ strument derivattiv, inkluż kwalunkwe derivattiv integrat f’titoli trasferibbli għandhom jiġu kkonvertiti fil-pożizzjoni ekwivalenti tiegħu fl-assi sottostanti tad-derivattiv bl-użu ta’ metodoloġiji ta’ konverżjoni stabbiliti fl-Artikolu 10. Il-valur assolut ta’ dik il-pożizzjoni ekwivalenti għandu mbagħad jintuża għall-kalkolu tal-valur totali tal-assi mmaniġġjati.
|
|
Artikolu 2 4.
|
Fejn l-AIF jinvesti f’AIFs oħra mmaniġġjati mill-istess AIFM maħtur esternament, dak l-investiment jista’ jiġi eskluż mill-kalkolu tal-assi tal-AIFM mmaniġġjati.
|
|
Artikolu 2 5.
|
Fejn kompartiment wieħed f’AIF immaniġġjat internament jew esternament jinvesti f’ kompartiment ieħor ta’ dak l-AIF, dak l-investiment jista’ jiġi eskluż mill-kalkolu tal-assi immaniġġjati tal-AIFMs.
|
|
Artikolu 2 6.
|
Il-valur totali tal-assi mmaniġġjati għandu jiġi kkalkulat skont il-paragrafi 1 sa 4 mill-inqas kull sena u bl-użu tal-valuri tal-assi l-aktar reċenti disponibbli. Valur l-aktar riċenti disponibbli tal-assi għal kull AIF għandu jkun prodott matul it-tnax-il xahar ta’ qabel id-data tal-kalkolu tal-limitu skont l-ewwel sentenza ta’ dan il-paragrafu. L-AIFM għandu jiddetermina limitu għad-data tal-kalkolu u japplikaha b’mod konsistenti. Kwalunkwe bidla sussegwenti fid-data magħżula għandha tkun iġġustifikata lill-awtorità kompetenti. Fl-għażla tal-limitu għad-data tal-kalkolu, l-AIFM għandu jqis il-ħin u l-frekwenza tal-valwazzjoni tal-assi mmaniġġjati.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0231
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|