+Artikolu 4 Ksur okkażjonali tal-limitu
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 3.
---+Artikolu 4 4.
---+Artikolu 4 5.

Artikolu 4 Ksur okkażjonali tal-limitu

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 4 1.
L-AIFM għandu jevalwa s-sitwazzjonijiet fejn il-valur totali tal-assi mmaniġġjati jeċċedi l-limitu relevanti sabiex jiddetermina jekk mhumiex ta’ natura temporanja.
Artikolu 4 2.
Fejn il-valur totali tal-assi mmaniġġjati jeċċedi l-limitu relevanti u l-AIFM iqis li l-qagħda mhijiex ta’ natura temporanja, l-AIFM għandu jinnotifika mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti u jiddikjara li s-sitwazzjoni titqies li mhijiex ta’ natura temporanja u għandu jfittex awtorizzazzjoni fi żmien 30 jum tal-kalendarju skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2011/61/UE.
Artikolu 4 3.
Fejn il-valur totali tal-assi mmaniġġjati jeċċedi l-limitu relevanti u l-AIFM iqis li l-qagħda hija ta’ natura temporanja, l-AIFM għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien, u jiddikjara li s-sitwazzjoni titqies ta’ natura temporanja. In-notifika għandha tinkludi informazzjoni ta’ appoġġ biex tiġġustifika l-valutazzjoni tal-AIFM tan-natura temporanja tas-sitwazzjoni, inkluża deskrizzjoni tas-sitwazzjoni u spjegazzjoni tar-raġunijiet għalfejn jikkonsidraha temporanja.
Artikolu 4 4.
Sitwazzjoni ma għandhiex titqies ta’ natura temporanja jekk x’aktarx li ddum għal perjodu ta’ iktar minn tliet xhur.
Artikolu 4 5.
Tliet xhur wara d-data li fiha valur totali tal-assi mmaniġġjati jeċċedi l-limitu relevanti, l-AIFM għandu jikkalkola mill-ġdid il-valur totali tal-assi mmaniġġjati sabiex juri li hu taħt il-livell rilevanti jew juri lill-awtorità kompetenti li s-sitwazzjoni li rriżultat biex l-assi mmaniġġjati jaqbżu l-limitu ġiet riżolta u applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-AIFM mhix meħtieġa.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0231
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.