+Artikolu 8 Metodu umpenn għall-kalkolu tal-iskopertura ta’ AIF
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 8 3.
---+Artikolu 8 4.
---+Artikolu 8 5.
---+Artikolu 8 6.
---+Artikolu 8 7.
---+Artikolu 8 8.
---+Artikolu 8 9.
|
Artikolu 8 Metodu umpenn għall-kalkolu tal-iskopertura ta’ AIF
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 8 1.
|
L-iskopertura ta’ AIF ikkalkulata skont il-metodu impenn għandha tkun is-somma tal-valuri assoluti tal-pożizzjonijiet kollha valwati skont l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2011/61/UE u l-atti delegati korrispondenti tagħha, soġġett għall-kriterji previsti fil-paragrafi 2 sa 9.
|
|
Artikolu 8 2.
|
Għall-kalkolu tal-iskopertura ta’ AIF skont il-metodu impenn l-AIFM għandu:
(a)
jikkonvertu kull pożizzjoni tal-istrument derivattiv f’pożizzjoni ekwivalenti fl-assi sottostanti ta’ dak id-derivattiv bl-użu tal-metodoloġiji tal-konverżjoni stabbiliti fl-Artikolu 10 u l-paragrafi (4) sa (9) u (14) tal-Anness II;
(b)
japplika arranġamenti ta’ netting u ħħeġġjar;
(c)
jikkalkula l-iskopertura maħluqa permezz tar-riinvestiment tat-teħid ta’ self fejn dan l-investiment iżid l-iskopertura tal-AIF kif definit fil-paragrafi (1) u (2) tal-Anness I;
(d)
jinkludi arranġamenti oħra fil-kalkolu skont il-paragrafi (3) u (10) sa (13) tal-Anness I.
|
|
Artikolu 8 3.
|
Għall-finijiet tal-kalkolu l-iskopertura ta’ AIF skont il-metodu impenn:
(a)
arranġamenti ta’ netting għandhom jinkludu kombinazzjonijiet ta’ negozjar fuq strumenti derivattivi jew pożizzjonijiet ta’ titoli li jirreferu għall-istess assi sottostanti, irrispettivament – fil-każ ta’ strumenti derivattivi – mid-data tal-maturità tal-istrumenti derivattivi u minn fejn dak in-negozjar ta’ strumenti derivattivi jew pożizzjonijiet ta’ titoli ġie konkluż bl-uniku għan li jiġu eliminati r-riskji marbuta mal-pożizzjonijiet meħuda permezz ta’ strumenti derivattivi jew pożizzjonijiet ta’ titoli oħrajn;
(b)
arranġamenti ta’ ħħeġġjar għandhom jinkludu kombinazzjonijiet ta’ negozjar fuq strumenti derivattivi jew pożizzjonijiet ta’ titoli li mhux bilfors jirreferu għall-istess assi sottostanti u fejn dak in-negozjar ta’ strumenti derivattivi jew pożizzjonijiet ta’ titoli ġie konkluż bl-uniku għan li jiġu paċuti r-riskji marbuta mal-pożizzjonijiet meħuda permezz ta’ strumenti derivattivi jew pożizzjonijiet ta’ titoli oħrajn.
|
|
Artikolu 8 4.
|
B’deroga mill-paragrafu 2, strument derivattiv ma għandux jiġi kkonvertit f’pożizzjoni ekwivalenti fl-assi sottostanti jekk ikollu l-karatteristiċi kollha li ġejjin:
(a)
ipartat il-prestazzjoni tal-assi finanzjarji miżmuma fil-portafoll tal-AIF mal-prestazzjoni ta’ assi finanzjarji oħra ta’ referenza;
(b)
ipaċi għal kollox ir-riskji tal-assi mpartin miżmuma fil-portafoll tal-AIF b’mod li l-prestazzjoni tal-AIF ma tiddependix fuq il-prestazzjoni tal-assi mpartin;
(c)
ma jinkludi la karatteristiċi fakultattivi addizzjonali, u lanqas klawsoli ta’ ingranaġġ jew riskji addizzjonali oħra meta mqabbel ma’ parteċipazzjoni diretta fl-assi finanzjarju ta’ referenza.
|
|
Artikolu 8 5.
|
B’deroga mill-paragrafu 2, strument derivattiv ma għandux jiġi kkonvertit f’pożizzjoni ekwivalenti fl-assi sottostanti meta tiġi kkalkulata l-iskopertura skont il-metodu impenn jekk jissodisfa ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
il-parteċipazzjoni kkombinata tal-AIF fi strument derivattiv relatat ma’ assi finanzjarju u flus li huwa investit f’ekwivalenti ta’ flus kif definit fl-Artikolu 7(a) tkun ekwivalenti għal parteċipazzjoni f’pożizzjoni twila fl-assi finanzjarju partikolari;
(b)
strument derivattiv ma għandu jiġġenera l-ebda skopertura inkrimentali u ingranaġġ jew riskju.
|
|
Artikolu 8 6.
|
Arranġamenti ta’ ħħeġġjar għandhom jitqiesu meta tiġi kkalkulata l-iskopertura ta’ AIF fil-każ biss li jikkonformaw mal-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
il-pożizzjonijiet involuti fi ħdan ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar ma jimmirawx li jiġġeneraw reddittu u r-riskji ġenerali u speċifiċi jkunu paċuti;
(b)
ikun hemm tnaqqis verifikabbli tar-riskju tas-suq fil-livell tal-AIF;
(c)
ir-riskji marbuta ma’ strumenti derivattivi, ġenerali u speċifiċi, jekk ikun hemm, ikunu paċuti;
(d)
l-arranġamenti tal-iħħeġġjar ikunu marbuta mal-istess klassi ta’ assi;
(e)
ikunu effiċjenti f’kundizzjonijiet tas-suq taħt stress.
|
|
Artikolu 8 7.
|
Soġġett għall-paragrafu 6, strumenti derivattivi użati għal finijiet ta’ ħħeġġjar tal-munita u li ma jżidu l-ebda skopertura inkrementali, ingranaġġ jew riskji oħrajn ma għandhomx jiġu inklużi fil-kalkolu.
|
|
Artikolu 8 8.
|
AIFM għandu jinnettja l-pożizzjonijiet fi kwalunkwe mill-każijiet li ġejjin:
(a)
bejn strumenti derivattivi, sakemm dawn jirreferu għall-istess assi sottostanti, anke jekk id-data tal-maturità mill-istrumenti derivattivi tkun differenti;
(b)
bejn strument derivat li l-assi sottostanti tiegħu huwa titolu trasferibbli, strument tas-suq tal-flus jew l-unitajiet f’impriża ta’ investiment kollettiv kif imsemmi fil-punti 1 sa 3 fit-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE, u dak l-istess assi sottostanti korrispondenti.
|
|
Artikolu 8 9.
|
AIFMs li jimmaniġġjaw AIFs li, skont il-politika prinċipali tagħhom tal-investiment, primarjament jinvestu f’derivattivi ta’ rati ta’ imgħax għandhom jagħmlu użu minn regoli ta’ netting ta’ tul taż-żmien speċifiku sabiex iqisu l-korrelazzjoni bejn is-segmenti tal-maturità tal-kurva tar-rati tal-imgħax kif stipulat fl-Artikolu 11.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0231
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|