+Artikolu 14 Fondi proprji addizzjonali
---+Artikolu 14 1.
---+Artikolu 14 2.
---+Artikolu 14 3.
---+Artikolu 14 4.
---+Artikolu 14 5.

Artikolu 14 Fondi proprji addizzjonali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 14 1.
Dan l-Artikolu għandu japplika għall-AIFMs li jagħżlu li jkopru r-riskji tar-responsabbiltà professjonali permezz ta’ fondi proprji addizzjonali.
Artikolu 14 2.
L-AIFM għandu jipprovdi fondi proprji addizzjonali li jkopru r-riskji tar-responsabbiltà li tirriżulta minn negliġenza professjonali li jkunu mill-inqas ugwali għal 0,01 % tal-valur tal-portafolji tal-AIFs immaniġġjati.

Il-valur tal-portfolji tal-AIFs immaniġġjati għandu jkun is-somma tal-valur assolut tal-assi kollha tal-AIFs immaniġġjati kollha mill-AIFM, inklużi assi akkwistati permezz tal-użu ta’ ingranaġġ, fejn strumenti derivattivi għandhom jiġu valwati bil-valur tagħhom fuq is-suq.

Artikolu 14 3.
Ir-rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali msemmi fil-paragrafu 2 għandu jiġi rikalkulat fi tmiem kull sena finanzjarja u l-ammont ta’ fondi proprji addizzjonali għandu jiġi aġġustat skont dan.

L-AIFM għandu jistabbilixxi, jimplimenta u japplika proċeduri biex jimmonitorja fuq bażi kontinwa l-valur tal-portfolji tal-AIFs immaniġġjati, ikkalkulat skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2. Fejn, qabel ir-rikalkulazzjoni annwali msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-valur tal-portfolji tal-AIFs immaniġġjati jiżdied b’mod sinifikanti, l-AIFM għandu mingħajr dewmien jirrikalkula l-fondi proprji addizzjonali u għandu jaġġusta l-fondi proprji addizzjonali skont dan.

Artikolu 14 4.
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM tista’ tawtorizza lill-AIFM jipprovdi fondi proprji addizzjonali anqas mill-ammont imsemmi fil-paragrafu 2 biss jekk tkun issodisfata — fuq il-bażi tad-dejta storika tat-telf tal-AIFM kif irreġistrata matul perjodu ta’ osservazzjoni ta’ mill-inqas tliet snin qabel il-valutazzjoni — li l-AIFM jipprovdi biżżejjed fondi proprji addizzjonali biex jkopri kif xieraq ir-riskji tar-responsabbiltà professjonali. L-ammont anqas ta’ fondi proprji addizzjonali awtorizzat ma għandux jkun anqas minn 0,008 % tal-valur tal-portafolji tal-AIFs immaniġġjati mill-AIFM.
Artikolu 14 5.
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM tista’ titlob lill-AIFM jipprovdi fondi proprji addizzjonali ogħla mill-ammont imsemmi fil-paragrafu 2 jekk ma tkunx issodisfata li l-AIFM jipprovdi biżżejjed fondi proprji addizzjonali biex ikopri kif xieraq ir-riskji tar-responsabbiltà professjonali. L-awtorità kompetenti għandha tagħti r-raġunijiet għaliex tqis li l-fondi proprji addizzjonali tal-AIFM mhumiex suffiċjenti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0231
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.