+Artikolu 15 Assigurazzjoni tal-indennizz professjonali
---+Artikolu 15 1.
---+Artikolu 15 2.
---+Artikolu 15 3.
---+Artikolu 15 4.
---+Artikolu 15 5.
|
Artikolu 15 Assigurazzjoni tal-indennizz professjonali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 15 1.
|
Dan l-Artikolu għandu japplika għall-AIFMs li jagħżlu li jkopru r-riskji tar-responsabbiltà professjonali permezz ta’ assigurazzjoni tal-indennizz professjonali.
|
|
Artikolu 15 2.
|
L-AIFM għandu jieħu u jżomm il-ħin kollu assigurazzjoni għall-indennizz professjonali li:
(a)
għandu jkollha terminu inizjali ta’ mhux anqas minn sena;
(b)
għandu jkollha perjodu ta’ notifika tal-ikkanċellar ta’ mill-inqas 90 jum;
(c)
għandha tkopri r-riskji tar-responsabbiltà professjonali kif definit fl-Artikolu 12(1) u (2);
(d)
tinħareġ minn impriża fl-UE jew mhux fl-UE awtorizzata biex tipprovdi assigurazzjoni tal-indennizz professjonali, skont il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali;
(e)
hija pprovduta minn entità li hija parti terza.
Kwalunkwe eċċess definit miftiehem għandu jkun kopert bis-sħiħ minn fondi proprji li huma apparti mill-fondi proprji li jridu jiġu pprovduti skont l-Artikolu 9(1) u (3) tad-Direttiva 2011/61/UE.
|
|
Artikolu 15 3.
|
Il-kopertura tal-assigurazzjoni għal pretensjoni individwali għandu jkun ugwali għal tal-anqas 0,7 % tal-valur tal-portafolji tal-AIFs immaniġġjati mill-AIFM ikkalkulat kif stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 14(2).
|
|
Artikolu 15 4.
|
Il-kopertura tal-assigurazzjoni għal pretensjonijiet aggregati kull sena għandha tkun ugwali għal tal-anqas għal 0,9 % tal-valur tal-portafolji tal-AIFs immaniġġjati mill-AIFM ikkalkulat kif stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 14(2).
|
|
Artikolu 15 5.
|
L-AIFM għandu jirrevedi l-politika tal-assigurazzjoni tal-indennizz professjonali u l-konformità tiegħu mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Artikolu mill-inqas darba fis-sena u fl-eventwalità ta’ kwalunkwe bidla li taffettwa l-konformità tal-politika mar-rekwiżiti f’dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0231
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|