+Artikolu 20 Diliġenza dovuta fl-għażla u l-ħatra ta’ kontrapartijiet u sensara prinċipali
---+Artikolu 20 1.
---+Artikolu 20 2.
---+Artikolu 20 3.
---+Artikolu 20 4.

Artikolu 20 Diliġenza dovuta fl-għażla u l-ħatra ta’ kontrapartijiet u sensara prinċipali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 20 1.
Meta jagħżlu u jaħtru kontrapartijiet u sensara prinċipali, l-AIFMs għandhom jeżerċitaw il-ħila, l-attenzjoni u d-diliġenza dovuta qabel ma jidħlu fi ftehim u fuq bażi kontinwa wara dan, filwaqt li jqisu l-firxa sħiħa u l-kwalità tas-servizzi tagħhom.
Artikolu 20 2.

Meta jagħżlu sensara prinċipali jew kontrapartijiet ta’ AIFM jew AIF fi tranżazzjoni ta’ derivattivi barra l-borża, f’għoti ta’ self ta’ titoli jew fi ftehim ta’ riakkwist, l-AIFMs għandhom jiżguraw li dawk is-sensara prinċipali u l-kontropartijiet jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

huma soġġetti għal superviżjoni kontinwa minn awtorità pubblika;

(b) 

huma finanzjarjament sodi;

(c) 

ikollhom l-istruttura u r-riżorsi organizzazzjonali meħtieġa biex iwettqu s-servizzi li għandhom jiġu pprovduti minnhom lill-AIFM jew lill-AIF.

Artikolu 20 3.
Meta jevalwa s-solidità finanzjarja msemmija fil-paragrafu 2(b), l-AIFM għandu jqis jekk is-sensar prinċipali jew il-kontroparti humiex soġġetti għal regolamentazzjoni prudenzjali, inklużi rekwiżiti ta’ kapital suffiċjenti u superviżjoni effettiva.
Artikolu 20 4.
Il-lista ta’ sensara prinċipali magħżula għandha tiġi approvata mill-maniġment superjuri tal-AIFM. F’każijiet eċċezzjonali sensara prinċipali mhux inklużi fil-lista jistgħu jinħatru sakemm jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 2 u soġġett għall-approvazzjoni mill-maniġment superjuri. L-AIFM għandu jkun kapaċi juri r-raġunijiet għal tali għażla u d-diliġenza dovuta li jkun eżerċita fl-għażla u l-monitoraġġ ta’ sensara prinċipali li ma kinux inklużi fil-lista.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0231
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.