+Artikolu 27 Eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet li jsir negozju f’isem l-AIF immaniġġjat
---+Artikolu 27 1.
---+Artikolu 27 2.
---+Artikolu 27 3.
---+Artikolu 27 4.
---+Artikolu 27 5.
---+Artikolu 27 6.
---+Artikolu 27 7.

Artikolu 27 Eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet li jsir negozju f’isem l-AIF immaniġġjat

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 27 1.
L-AIFMs għandhom jaġixxu fl-aħjar interess tal-AIFs jew tal-investuri fl-AIFs li jimmaniġġjaw meta jesegwixxu deċiżjonijiet biex jinnegozjaw f’isem l-AIF immaniġġjat fil-kuntest tal-immaniġġjar tal-portafoll tagħhom.
Artikolu 27 2.

Kull meta AIFMs jixtru jew ibigħu strumenti finanzjarji jew assi oħra li għalihom l-aħjar eżekuzzjoni tkun rilevanti, u għall-finijiet tal-paragrafu 1, huma għandhom jieħdu l-passi raġonevoli kollha sabiex jiksbu l-aħjar riżultat possibbli għall-AIFs li jimmaniġġjaw jew għall-investituri f’dawn l-AIFs, wara li jqisu l-prezz, l-ispejjeż, il-ħeffa, il-probabbiltà tal-eżekuzzjoni u s-saldu, id-daqs, in-natura u kwalunkwe konsiderazzjoni oħra rilevanti għall-eżekuzzjoni tal-ordni. L-importanza relattiva ta’ dawn il-fatturi għandha tkun iddeterminata b’referenza għall-kriterji li ġejjin:

(a) 

il-finijiet, il-politika tal-investiment u r-riskji speċifiċi għall-AIF, kif indikat fir-regoli tal-AIF jew fl-artikoli tal-assoċjazzjoni, il-prospektus jew id-dokumenti tal-offerta tal-AIF;

(b) 

il-karatteristiċi tal-ordni;

(c) 

il-karatteristiċi tal-istrumenti finanzjarji jew assi oħra li huma s-suġġett ta’ dik l-ordni;

(d) 

il-karatteristiċi taċ-ċentri tal-eżekuzzjoni fejn dik l-ordni tista’ tintbagħat.

Artikolu 27 3.
L-AIFMs għandhom jistabbilixxu u jimplimentaw arranġamenti effettivi biex jikkonfermaw mal-obbligi msemmija fil-paragrafi 1 u 2. B’mod partikolari, l-AIFM għandu jistabbilixxi u jimplimenta politika ta’ eżekuzzjoni biex jippermetti lill-AIFs u lill-investituri tagħhom jiksbu l-aħjar riżultat possibbli għall-ordnijiet tal-AIF skont il-paragrafu 2.
Artikolu 27 4.
L-AIFMs għandhom jimmonitorjaw fuq bażi regolari l-effikaċja tal-arranġamenti tagħhom u l-politika għall-eżekuzzjoni tal-ordnijiet bil-għan li jiġu identifikati u, fejn xieraq, jiġi kkoreġut kwalunkwe nuqqas.
Artikolu 27 5.
L-AIFMs għandhom jirrevedu l-politika tal-eżekuzzjoni tagħhom fuq bażi annwali. Din ir-reviżjoni għandha ssir ukoll kull darba li sseħħ xi bidla materjali li taffettwa l-kapaċità tal-AIFM li jkompli jikseb l-aħjar riżultat possibbli għall-AIFs immaniġġjati.
Artikolu 27 6.
L-AIFMs għandhom ikunu kapaċi juru li eżegwew l-ordnijiet f’isem l-AIF skont il-politika ta’ eżekuzzjoni tagħhom.
Artikolu 27 7.
Kull meta ma jkunx hemm għażla ta’ ċentri ta’ eżekuzzjoni differenti, il-paragrafi 2 sa 5 ma għandhomx japplikaw. Madankollu, l-AIFMs għandhom ikunu kapaċi juru li ma hemmx għażla bejn ċentri ta’ eżekuzzjoni differenti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0231
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.