|
+Artikolu 27 2. |
Artikolu 27 2.Kull meta AIFMs jixtru jew ibigħu strumenti finanzjarji jew assi oħra li għalihom l-aħjar eżekuzzjoni tkun rilevanti, u għall-finijiet tal-paragrafu 1, huma għandhom jieħdu l-passi raġonevoli kollha sabiex jiksbu l-aħjar riżultat possibbli għall-AIFs li jimmaniġġjaw jew għall-investituri f’dawn l-AIFs, wara li jqisu l-prezz, l-ispejjeż, il-ħeffa, il-probabbiltà tal-eżekuzzjoni u s-saldu, id-daqs, in-natura u kwalunkwe konsiderazzjoni oħra rilevanti għall-eżekuzzjoni tal-ordni. L-importanza relattiva ta’ dawn il-fatturi għandha tkun iddeterminata b’referenza għall-kriterji li ġejjin:
(a)
il-finijiet, il-politika tal-investiment u r-riskji speċifiċi għall-AIF, kif indikat fir-regoli tal-AIF jew fl-artikoli tal-assoċjazzjoni, il-prospektus jew id-dokumenti tal-offerta tal-AIF;
(b)
il-karatteristiċi tal-ordni;
(c)
il-karatteristiċi tal-istrumenti finanzjarji jew assi oħra li huma s-suġġett ta’ dik l-ordni;
(d)
il-karatteristiċi taċ-ċentri tal-eżekuzzjoni fejn dik l-ordni tista’ tintbagħat. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|