+Artikolu 28 Tqegħid ta’ ordnijiet għal negozjar f’isem AIFs ma’ entitajiet oħra għall-eżekuzzjoni
---+Artikolu 28 1.
---+Artikolu 28 2.
---+Artikolu 28 3.
---+Artikolu 28 4.
---+Artikolu 28 5.

Artikolu 28 Tqegħid ta’ ordnijiet għal negozjar f’isem AIFs ma’ entitajiet oħra għall-eżekuzzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 28 1.
Kull meta AIFM jixtri jew ibigħ strumenti finanzjarji jew assi oħra li għalihom l-aħjar eżekuzzjoni tkun rilevanti, għandu jaġixxi fl-aħjar interess tal-AIFs li jimmaniġġja jew tal-investuri fl-AIFs meta jpoġġi ordnijiet ta’ negozjar f’isem l-AIFs immaniġġjati ma’ entitajiet oħrajn għal eżekuzzjoni, fil-kuntest tal-immaniġġjar tal-portafoll tagħhom.
Artikolu 28 2.
L-AIFMs għandhom jieħdu l-passi raġonevoli kollha biex jiksbu l-aħjar riżultat possibbli għall-AIF jew l-investituri fl-AIF, filwaqt li jqisu l-prezz, l-ispejjeż, il-ħeffa, il-probabbiltà tal-eżekuzzjoni u s-saldu, id-daqs, in-natura jew kwalunkwe kunsiderazzjoni oħra rilevanti għall-eżekuzzjoni tal-ordni. L-importanza relattiva ta’ dawn il-fatturi għandha tkun iddeterminata b’referenza għall-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 27(2).

L-AIFMs għandhom jistabbilixxu, jimplimentaw u japplikaw politika li tippermettilhom jikkonformaw mal-obbligu msemmi fl-ewwel subparagrafu. Il-politika għandha tiddentifika, għal kull klassi ta’ strument, l-entitajiet li magħhom jistgħu jsiru l-ordnijiet. L-AIFM għandu jidħol biss f’arranġamenti għall-eżekuzzjoni fejn dawn l-arranġamenti jkunu konsistenti mal-obbligi stabbiliti f’dan l-Artikolu. L-AIFM għandhom jipprovdu lill-investituri fl-AIFs li jimmaniġġjaw informazzjoni xierqa dwar il-politika stabbilita skont dan il-paragrafu u dwar kwalunkwe tibdil materjali f’din il-politika.

Artikolu 28 3.
L-AIFMs għandhom jimmonitorjaw fuq bażi regolari l-effikaċja tal-politika stabbilita skont il-paragrafu 2 u, b’mod partikolari, il-kwalità tal-eżekuzzjoni mill-entitajiet identifikati f’dik il-politika u, fejn ikun xieraq, jikkoreġu kwalunkwe nuqqas.

Barra minn hekk, l-AIFMs għandhom jirrevedu l-politika fuq bażi annwali. Din ir-reviżjoni għandha ssir ukoll kull darba li sseħħ xi bidla materjali li taffettwa l-kapaċità tal-AIFM li jkompli jikseb l-aħjar riżultat possibbli għall-AIFs immaniġġjati.

Artikolu 28 4.
L-AIFMs għandhom ikunu kapaċi juru li taw ordnijiet f’isem l-AIF skont il-politika stabbilita skont il-paragrafu 2.
Artikolu 28 5.
Kull meta ma jkunx hemm għażla ta’ ċentri ta’ eżekuzzjoni differenti, il-paragrafi 2 sa 5 ma għandhomx japplikaw. Madankollu, l-AIFMs għandhom ikunu kapaċi juru li ma hemmx għażla bejn ċentri ta’ eżekuzzjoni differenti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0231
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.