+Artikolu 29 Aggregazzjoni u allokazzjoni ta’ ordnijiet ta’ negozju
---+Artikolu 29 1.
---+Artikolu 29 2.
---+Artikolu 29 3.
---+Artikolu 29 4.

Artikolu 29 Aggregazzjoni u allokazzjoni ta’ ordnijiet ta’ negozju

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 29 1.

AIFMs jistgħu jwettqu ordni ta’ AIF f’aggregat ma’ ordni ta’ AIF ieħor, UCITS jew klijent ma’ ordni magħmula meta jinvestu l-fondi tagħhom stess, fil-każ biss fejn:

(a) 

jista’ jkun raġonevolment mistenni li l-aggregazzjoni tal-ordnijiet mhux se tirriżulta kumplessivament fi żvantaġġ għal kwalunkwe AIF, UCITS jew klijent li l-ordni tiegħu se tiġi aggregata;

(b) 

tkun stabbilita u implimentata politika tal-allokazzjoni tal-ordnijiet, li tipprovdi f’termini preċiżi biżżejjed għall-allokazzjoni ġusta tal-ordnijiet aggregati, inklużi kif il-volum u l-prezz tal-ordnijiet jiddeterminaw l-allokazzjonijiet u t-trattament ta’ eżekuzzjonijiet parzjali.

Artikolu 29 2.
Meta AIFM jaggrega ordni ta’ AIF ma’ ordni jew ordnijiet ta’ AIFs, UCITS jew klijenti oħrajn u l-ordni aggregata tiġi eżegwita parzjalment, jalloka n-negozju relatat skont il-politika tiegħu tal-allokazzjoni tal-ordnijiet.
Artikolu 29 3.
Fejn AIFM jaggrega tranżazzjonijiet għalih innifsu flimkien ma’ ordni jew ordnijiet ta’ AIFs, UCITS jew klijenti, ma għandux jalloka n-negozji relatati b’mod li jkun detrimentali għall-AIF, l-UCITS jew xi klijent.
Artikolu 29 4.
Fejn AIFM jaggrega ordni ta’ AIF, UCITS jew klijent ieħor ma’ tranżazzjoni għalih innifsu u l-ordni aggregata tiġi eżegwita parzjalment, għandu jalloka n-negozji lill-AIF, l-UCITS jew lill-klijenti bi prijorità fuq dawk għalih innifsu.

Madanakollu, jekk l-AIFM ikun jista’ juri lill-AIF jew lill-klijent abbażi ta’ raġunijiet fondati li ma kienx ikun jista’ jwettaq l-ordni fuq termini daqstant vantaġġjużi, jew ma kienx ikun jista’ jwettaqha, ikun jista’ jalloka t-tranżazzjoni lilu nnifsu proporzjonalment, skont il-politika msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0231
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.