+Artikolu 30 Tipi ta’ konflitti ta’ interess

Artikolu 30 Tipi ta’ konflitti ta’ interess

Artikolu 30

Tipi ta’ konflitti ta’ interess

Għall-finijiet tal-identifikazzjoni tat-tipi ta’ konflitti ta’ interess li jinqalgħu waqt l-immaniġġjar ta’ AIF, l-AIFMs għandhom iqisu, b’mod partikolari, jekk l-AIFM, persuna rilevanti jew persuna direttament jew indirettament konnessa permezz ta’ kontroll mal-AIFM:

(a) 

x’aktarx jagħmilx gwadann finanzjarju, jew jevita telf finanzjarju, għas-spejjez tal-AIF jew l-investituri tiegħu;

(b) 

għandux interess fl-eżitu ta’ servizz jew attività pprovduta lill-AIF jew lill-investituri tiegħu jew xi klijent jew fl-eżitu ta’ tranżazzjoni mwettqa f’isem l-AIF jew xi klijent, li huwa differenti mill-interess tal-AIF f’dak l-eżitu;

(c) 

għandux xi inċentiv finanzjarjament jew inċentiv ieħor biex jiffavorixxi:

— 
l-interess ta’ UCITS, klijent jew grupp ta’ klijenti jew AIF ieħor fuq l-interess tal-AIF;
— 
l-interess ta’ investitur wieħed fuq l-interess ta’ investitur ieħor jew grupp ta’ investituri fl-istess AIF;
(d) 

iwettaqx l-istess attivitajiet għall-AIF u għal AIF, UCITS jew klijent ieħor; jew

(e) 

jirċivix jew hux se jirċievi mingħand persuna oħra li mhijiex l-AIF jew l-investituri tiegħu taħjir fir-rigward tal-attivitajiet tal-immaniġġjar tal-portafoll kollettiv ipprovdut lill-AIF, fl-għamla ta’ flus, oġġetti jew servizzi, għajr il-kummissjoni jew it-tariffa standard għal dak is-servizz.

▼M2

L-AIFMs għandhom jiżguraw li fl-identifikazzjoni tat-tipi ta’ kunflitti ta’ interess, li l-eżistenza tagħhom tista’ tagħmel ħsara lill-interessi ta’ AIF, dawn għandhom jinkludu dawk it-tipi ta’ kunflitti ta’ interess li jistgħu jinħolqu bħala riżultat tal-integrazzjoni tar-riskji għas-sostenibbiltà fil-proċessi, is-sistemi u l-kontrolli interni tagħhom.

▼B

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0231
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.