|
+Artikolu 39 1. |
Artikolu 39 1.AIFM għandu jistabbilixxi u żżomm funzjoni permanenti tal-immaniġġjar tar-riskji li:
(a)
timplimenta politiki u proċeduri effettivi tal-immaniġġar tar-riskji sabiex tidentifika, tkejjel u timmonitorja fuq bażi kontinwa r-riskji kollha rilevanti għal kull strateġija ta’ investiment tal-AIF li kull AIF huwa jew jista’ jkun espost għalihom.
(b)
tiżgura li l-profil tar-riskju tal-AIF iddivulgat lill-investituri skont il-punt (c) tal-Artikolu 23(4) tad-Direttiva 2011/61/UE huwa konsistenti mal-limiti tar-riskji li jkunu ġew stabbilit skont l-Artikolu 44 ta’ dan ir-Regolament;
(c)
timmonitorja l-konformità mal-limiti tar-riskji stipulati skont l-Artikolu 44 u tinnotifika lill-korp tat-tmexxija tal-AIFM u, fejn jeżisti, lill-funzjoni superviżorja tal-AIFM fil-pront meta tqis li l-profil ta’ riskji tal-AIF huwa inkonsistenti ma’ dawn il-limiti jew tara riskju materjali li l-profil tar-riskji mhux ser jibqa’ konsistenti ma’ dawn il-limiti;
(d)
tipprovdi l-aġġornamenti regolari li ġejjin lill-korp tat-tmexxija tal-AIFM u fejn teżisti lill-funzjoni superviżorja tal-AIFM bi frekwenza skont in-natura, id-daqs u l-komplessità tal-attivitajiet tal-AIF jew l-AIFM:
(i)
il-konsistenza bejn u l-konformità mal-limiti tar-riskji stabbiliti skont l-Artikolu 44 u l-profil tar-riskju tal-AIF kif iddivulgat lill-investituri skont l-Artikolu 23(4)(c) tad-Direttiva 2011/61/UE;
(ii)
l-adegwatezza u l-effikaċja tal-proċess tal-immaniġġjar tar-riskji, fejn ikun indikat b’mod partikolari jekk ittiħdux il-miżuri ta’ rimedju xierqa fil-każ ta’ kwalunkwe nuqqas reali jew antiċipat jew jekk hux se jittieħdu;
(e)
tipprovdi aġġornamenti regolari lill-maniġment superjuri li jispjegaw il-livell attwali tar-riskju mġarrab minn kull AIF immaniġġjat u kwalunkwe ksur reali jew prevedibbli ta’ kwalunkwe limitu tar-riskji skont l-Artikolu 44, biex b’hekk ikun żgurat li tkun tista’ tittieħed azzjoni fil-pront u xierqa; 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|