+Artikolu 39 Funzjoni permanenti tal-immaniġġjar tar-riskji
---+Artikolu 39 1.
---+Artikolu 39 2.
|
Artikolu 39 Funzjoni permanenti tal-immaniġġjar tar-riskji
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 39 1.
|
AIFM għandu jistabbilixxi u żżomm funzjoni permanenti tal-immaniġġjar tar-riskji li:
(a)
timplimenta politiki u proċeduri effettivi tal-immaniġġar tar-riskji sabiex tidentifika, tkejjel u timmonitorja fuq bażi kontinwa r-riskji kollha rilevanti għal kull strateġija ta’ investiment tal-AIF li kull AIF huwa jew jista’ jkun espost għalihom.
(b)
tiżgura li l-profil tar-riskju tal-AIF iddivulgat lill-investituri skont il-punt (c) tal-Artikolu 23(4) tad-Direttiva 2011/61/UE huwa konsistenti mal-limiti tar-riskji li jkunu ġew stabbilit skont l-Artikolu 44 ta’ dan ir-Regolament;
(c)
timmonitorja l-konformità mal-limiti tar-riskji stipulati skont l-Artikolu 44 u tinnotifika lill-korp tat-tmexxija tal-AIFM u, fejn jeżisti, lill-funzjoni superviżorja tal-AIFM fil-pront meta tqis li l-profil ta’ riskji tal-AIF huwa inkonsistenti ma’ dawn il-limiti jew tara riskju materjali li l-profil tar-riskji mhux ser jibqa’ konsistenti ma’ dawn il-limiti;
(d)
tipprovdi l-aġġornamenti regolari li ġejjin lill-korp tat-tmexxija tal-AIFM u fejn teżisti lill-funzjoni superviżorja tal-AIFM bi frekwenza skont in-natura, id-daqs u l-komplessità tal-attivitajiet tal-AIF jew l-AIFM:
(i)
il-konsistenza bejn u l-konformità mal-limiti tar-riskji stabbiliti skont l-Artikolu 44 u l-profil tar-riskju tal-AIF kif iddivulgat lill-investituri skont l-Artikolu 23(4)(c) tad-Direttiva 2011/61/UE;
(ii)
l-adegwatezza u l-effikaċja tal-proċess tal-immaniġġjar tar-riskji, fejn ikun indikat b’mod partikolari jekk ittiħdux il-miżuri ta’ rimedju xierqa fil-każ ta’ kwalunkwe nuqqas reali jew antiċipat jew jekk hux se jittieħdu;
(e)
tipprovdi aġġornamenti regolari lill-maniġment superjuri li jispjegaw il-livell attwali tar-riskju mġarrab minn kull AIF immaniġġjat u kwalunkwe ksur reali jew prevedibbli ta’ kwalunkwe limitu tar-riskji skont l-Artikolu 44, biex b’hekk ikun żgurat li tkun tista’ tittieħed azzjoni fil-pront u xierqa;
|
|
Artikolu 39 2.
|
Il-funzjoni tal-immaniġġjar tar-riskji għandu jkollha l-awtorità meħtieġa u l-aċċess għall-informazzjoni rilevanti kollha meħtieġa biex jitwettqu l-kompiti stipulati fil-paragrafu 1.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0231
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|