|
+Artikolu 40 3. |
Artikolu 40 3.L-AIFM għandu jindirizza talanqas l-elementi li ġejjin fil-politika tal-immaniġġjar tar-riskji:
(a)
it-teknoloġiji, l-għodod u l-arranġamenti li jippermettulu jikkonforma mal-Artikolu 45;
(b)
it-teknoloġiji, l-għodod u l-arranġamenti li jippermettu li r-riskju tal-likwidità tal-AIF jiġi vvalutat u mmonitorjat taħt kundizzjonijiet tal-likwidità normali kif ukoll eċċezzjonali inkluż permezz tal-użu ta’ testijiet tal-istress imwettqa regolarment skont l-Artikolu 48;
(c)
l-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet fl-AIFM marbuta mal-immaniġġjar tar-riskji;
(d)
il-limiti stabbiliti skont l-Artikolu 44 ta’ dan ir-Regolament u ġustifikazzjoni ta’ kif dawn huma allinjati mal-profil tar-riskju tal-AIF iddivulgat lill-investituri skont l-Artikolu 23(4)(c) tad-Direttiva 2011/61/UE;
(e)
it-termini, il-kontenut, il-frekwenza u d-destinatarji tar-rappurtar mill-funzjoni permanenti tal-immaniġġjar tar-riskji msemmija fl-Artikolu 39. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|