+Artikolu 40 Politika tal-immaniġġjar tar-riskji
---+Artikolu 40 1.
---+Artikolu 40 2.
---+Artikolu 40 3.
---+Artikolu 40 4.
---+Artikolu 40 5.

Artikolu 40 Politika tal-immaniġġjar tar-riskji

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 40 1.
AIFM għandu jistabbilixxi, jimplimenta u jżomm politika adegwata u ddokumentata tal-immaniġġjar tar-riskji li tidentifika r-riskji rilevanti kollha li AIFs li jimmaniġġja jkunu esposti jew li jistgħu jkunu esposti għalihom.
Artikolu 40 2.
Il-politika tal-ġestjoni tar-riskji għandha tinkludi dawk il-proċeduri meħtieġa biex l-AIFM ikun jista’ jivvaluta l-iskopertura ta’ kull AIF li jimmaniġġja għar-riskji tas-suq, il-likwidità, is-sostenibbiltà u l-kontraparti, u l-iskopertura tal-AIF għar-riskji rilevanti l-oħra kollha, inklużi riskji operazzjonali, li jistgħu jkunu materjali għal kull AIF li jimmaniġġja.
Artikolu 40 3.

L-AIFM għandu jindirizza talanqas l-elementi li ġejjin fil-politika tal-immaniġġjar tar-riskji:

(a) 

it-teknoloġiji, l-għodod u l-arranġamenti li jippermettulu jikkonforma mal-Artikolu 45;

(b) 

it-teknoloġiji, l-għodod u l-arranġamenti li jippermettu li r-riskju tal-likwidità tal-AIF jiġi vvalutat u mmonitorjat taħt kundizzjonijiet tal-likwidità normali kif ukoll eċċezzjonali inkluż permezz tal-użu ta’ testijiet tal-istress imwettqa regolarment skont l-Artikolu 48;

(c) 

l-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet fl-AIFM marbuta mal-immaniġġjar tar-riskji;

(d) 

il-limiti stabbiliti skont l-Artikolu 44 ta’ dan ir-Regolament u ġustifikazzjoni ta’ kif dawn huma allinjati mal-profil tar-riskju tal-AIF iddivulgat lill-investituri skont l-Artikolu 23(4)(c) tad-Direttiva 2011/61/UE;

(e) 

it-termini, il-kontenut, il-frekwenza u d-destinatarji tar-rappurtar mill-funzjoni permanenti tal-immaniġġjar tar-riskji msemmija fl-Artikolu 39.

Artikolu 40 4.

Il-politika tal-immaniġġjar tar-riskji għandha tinkludi deskrizzjoni tas-salvagwardji msemmija fl-Artikolu 43, partikolarment:

(a) 

in-natura tal-kunflitti ta’ interess potenzjali;

(b) 

il-miżuri ta’ rimedju fis-seħħ;

(c) 

ir-raġunijiet għaliex dawn il-miżuri għandhom ikunu raġonevolment mistennija li jirriżultaw fi prestazzjoni indipendenti tal-funzjoni tal-immaniġġjar tar-riskji;

(d) 

kif l-AIFM jistenna li jiżgura li s-salvagwardji jkunu konsistentement effettivi.

Artikolu 40 5.
Il-politika tal-immaniġġjar tar-riskji msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun xierqa għan-natura, id-daqs u l-kumplessità tan-negozju tal-AIFM u l-AIF li jimmaniġġja.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0231
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.