+Artikolu 41 Valutazzjoni, monitoraġġ u reviżjoni tas-sistema tal-immaniġġjar tar-riskji
---+Artikolu 41 1.
---+Artikolu 41 2.
---+Artikolu 41 3.
---+Artikolu 41 4.

Artikolu 41 Valutazzjoni, monitoraġġ u reviżjoni tas-sistema tal-immaniġġjar tar-riskji

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 41 1.

L-AIFMs għandhom jivvalutaw, jimmonitorjaw u perjodikament, tal-anqas darba fis-sena, jirrevedu:

(a) 

l-adegwatezza u l-effikaċja tal-politika tal-immaniġġjar tar-riskji u tal-arranġamenti, il-proċessi u t-tekniki msemmija fl-Artikoli 45;

(b) 

il-livell ta’ konformità mill-AIFM mal-politika tal-immaniġġjar tar-riskji u mal-arranġamenti, il-proċessi u t-tekniki msemmija fl-Artikoli 45;

(c) 

l-adegwatezza u l-effikaċja tal-miżuri meħuda biex jiġu indirizzati kwalunkwe nuqqasijiet fil-prestazzjoni tal-proċess tal-immaniġġjar tar-riskji.

(d) 

il-prestazzjoni tal-funzjoni tal-immaniġġjar tar-riskji;

(e) 

l-adegwatezza u l-effettività tal-miżuri mmirati biex tiġi żgurata s-separazzjoni funzjonali u ġerarkika mill-funzjoni tal-immaniġġjar tar-riskji skont l-Artikolu 42.

Il-frekwenza tar-reviżjoni perjodika msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tiġi deċiża mill-maniġment superjuri skont il-prinċipju tal-proporzjonalità fid-dawl tan-natura, id-daqs u l-kumplessità tan-negozju tal-AIFM u l-AIF li jimmaniġġja.

Artikolu 41 2.

Barra mir-reviżjoni perjodika msemmija fil-paragrafu 1, s-sistemi tal-immaniġġjar tar-riskji għandhom jiġu riveduti fejn:

(a) 

isiru bidliet materjali fil-politiki u l-proċeduri tal-immaniġġjar tar-riskji u l-arranġamenti, il-proċessi u t-tekniki msemmija fl-Artikolu 45;

(b) 

avvenimenti interni jew esterni jindikaw li hija meħtieġa reviżjoni addizzjonali;

(c) 

isiru bidliet materjali fl-istrateġiji tal-investiment u fl-għanijiet ta’ AIF immaniġġjat mill-AIFM.

Artikolu 41 3.
L-AIFM għandu jaġġorna s-sistemi tal-immaniġġjar tar-riskji abbażi tal-eżitu tar-reviżjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2.
Artikolu 41 4.
L-AIFM għandu jinnotifika l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu dwar kwalunkwe bidla materjali fil-politika tal-immaniġġjar tar-riskji u tal-arranġamenti, il-proċessi u t-tekniki msemmija fl-Artikolu 45.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0231
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.