|
+Artikolu 41 1. |
Artikolu 41 1.L-AIFMs għandhom jivvalutaw, jimmonitorjaw u perjodikament, tal-anqas darba fis-sena, jirrevedu:
(a)
l-adegwatezza u l-effikaċja tal-politika tal-immaniġġjar tar-riskji u tal-arranġamenti, il-proċessi u t-tekniki msemmija fl-Artikoli 45;
(b)
il-livell ta’ konformità mill-AIFM mal-politika tal-immaniġġjar tar-riskji u mal-arranġamenti, il-proċessi u t-tekniki msemmija fl-Artikoli 45;
(c)
l-adegwatezza u l-effikaċja tal-miżuri meħuda biex jiġu indirizzati kwalunkwe nuqqasijiet fil-prestazzjoni tal-proċess tal-immaniġġjar tar-riskji.
(d)
il-prestazzjoni tal-funzjoni tal-immaniġġjar tar-riskji;
(e)
l-adegwatezza u l-effettività tal-miżuri mmirati biex tiġi żgurata s-separazzjoni funzjonali u ġerarkika mill-funzjoni tal-immaniġġjar tar-riskji skont l-Artikolu 42. Il-frekwenza tar-reviżjoni perjodika msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tiġi deċiża mill-maniġment superjuri skont il-prinċipju tal-proporzjonalità fid-dawl tan-natura, id-daqs u l-kumplessità tan-negozju tal-AIFM u l-AIF li jimmaniġġja. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|