|
+Artikolu 42 1. |
Artikolu 42 1.Il-funzjoni tal-immaniġġjar tar-riskji għandha titqies bħala funzjonalment u ġerarkikament separata minn l-unitajiet operattivi, inkluż il-funzjoni tal-immaniġġjar tal-portafolji, biss meta l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ssodisfati:
(a)
il-persuni involuti fit-twettiq tal-funzjoni tal-immaniġġjar tar-riskji ma jkunux superviżjonati minn dawk responsabbli għall-prestazzjoni tal-unitajiet operattivi, inkluż il-funzjoni tal-immaniġġjar tal-potofolji tal-AIFM;
(b)
il-persuni involuti fit-twettiq tal-funzjoni tal-immaniġġjar tar-riskji ma jkunux involuti fit-twettiq tal-attivitajiet fl-unitajiet operattivi, inkluża l-funzjoni l-immaniġġjar tal-portafolji;
(c)
il-persuni involuti fit-twettiq tal-funzjoni tal-immaniġġjar tar-riskji jiġu kkumpensati skont kemm jirnexxilhom jilħqu l-għanijiet relatati ma’ dik il-funzjoni, b’mod indipendenti mill-prestazzjoni tal-unitajiet operattivi, inkluża l-funzjoni tal-immaniġġjar tal-portafolji;
(d)
ir-remunerazzjoni tal-uffiċjali superjuri fil-funzjoni tal-immaniġġjar tar-riskju tkun issorveljata direttament mill-kumitat tar-rimunerazzjoni, fejn ikun stabbilit kumitat bħal dan. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|