+Artikolu 42 Separazzjoni funzjonali u ġerarkika tal-funzjoni tal-immaniġġjar tar-riskji
---+Artikolu 42 1.
---+Artikolu 42 2.
---+Artikolu 42 3.
|
Artikolu 42 Separazzjoni funzjonali u ġerarkika tal-funzjoni tal-immaniġġjar tar-riskji
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 42 1.
|
Il-funzjoni tal-immaniġġjar tar-riskji għandha titqies bħala funzjonalment u ġerarkikament separata minn l-unitajiet operattivi, inkluż il-funzjoni tal-immaniġġjar tal-portafolji, biss meta l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ssodisfati:
(a)
il-persuni involuti fit-twettiq tal-funzjoni tal-immaniġġjar tar-riskji ma jkunux superviżjonati minn dawk responsabbli għall-prestazzjoni tal-unitajiet operattivi, inkluż il-funzjoni tal-immaniġġjar tal-potofolji tal-AIFM;
(b)
il-persuni involuti fit-twettiq tal-funzjoni tal-immaniġġjar tar-riskji ma jkunux involuti fit-twettiq tal-attivitajiet fl-unitajiet operattivi, inkluża l-funzjoni l-immaniġġjar tal-portafolji;
(c)
il-persuni involuti fit-twettiq tal-funzjoni tal-immaniġġjar tar-riskji jiġu kkumpensati skont kemm jirnexxilhom jilħqu l-għanijiet relatati ma’ dik il-funzjoni, b’mod indipendenti mill-prestazzjoni tal-unitajiet operattivi, inkluża l-funzjoni tal-immaniġġjar tal-portafolji;
(d)
ir-remunerazzjoni tal-uffiċjali superjuri fil-funzjoni tal-immaniġġjar tar-riskju tkun issorveljata direttament mill-kumitat tar-rimunerazzjoni, fejn ikun stabbilit kumitat bħal dan.
|
|
Artikolu 42 2.
|
Is-separazzjoni funzjonali u ġerarkika tal-immaniġġjar tar-riskji skont il-paragrafu 1 għandha tiġi żgurata fl-istruttura ġerarkika tal-AIFM kollha, sal-korp tat-tmexxija tiegħu. Għandha tiġi riveduta mill-korp tat-tmexxija u, fejn teżisti, mill-funzjoni superviżorja tal-AIFM.
|
|
Artikolu 42 3.
|
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM għandhom jirrevedu l-mod li bih l-AIFM japplika l-paragrafi 1 u 2 abbażi tal-kriterji stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2011/61/UE.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0231
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|