+Artikolu 45 Kejl u mmaniġġjar tar-riskji
---+Artikolu 45 1.
---+Artikolu 45 2.
---+Artikolu 45 3.
|
Artikolu 45 Kejl u mmaniġġjar tar-riskji
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 45 1.
|
L-AIFMs għandhom jadottaw arranġamenti, proċessi u tekniki adegwati u effettivi sabiex:
(a)
jidentifikaw, ikejlu, jimmaniġġajw u jimmonitoraw fi kwalunkwe ħin r-riskji li l-AIFs taħt l-immaniġġjar tagħhom huma jew jistgħu jiġu esposti għalihom;
(b)
jiżguraw il-konformità mal-limiti stabbiliti skont l-Artikolu 44.
|
|
Artikolu 45 2.
|
L-arranġamenti, il-proċessi u t-tekniki msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu proporzjonati man-natura, id-daqs u l-kumplessità tan-negozju tal-AIFM u ta’ kull AIF li jimmaniġġja u għandhom ikunu konsistenti mal-profil tar-riskju tal-AIF kif iddivulgat lill-investituri skont il-punt (c) tal-Artikolu 23(4) tad-Direttiva 2011/61/UE.
|
|
Artikolu 45 3.
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-AIFM għandu jieħu l-azzjonijiet li ġejjin għal kull AIF li jimmaniġġja:
(a)
iħaddem dawk l-arranġamenti, il-proċessi u t-tekniki tal-kejl tar-riskji kif meħtieġ biex ikun żgurat li r-riskji tal-pożizzjonijiet meħuda u l-kontribut tagħhom fil-profil tar-riskju ġenerali jitkejlu b’mod preċiż abbażi ta’ dejta soda u affidabbli u li l-arranġamenti, il-proċessi u t-tekniki tal-kejl tar-riskji jkunu ddokumentati adegwatement;
(b)
iwettaq testijiet retrospettivi perjodiċi biex jeżamina l-validità tal-arranġamenti tal-kejl tar-riskji li jinkludu previżjonijiet u estimi abbażi ta’ mudelli;
(c)
iwettaq testijiet tal-istress u analiżi tax-xenarji perjodiċi u xierqa biex jiġu indirizzati r-riskji li jinħolqu mit-tibdil potenzjali fil-kundizzjonijiet tas-suq li jistgħu jaffettwaw ħażin lill-AIF;
(d)
jiżgura li l-livell attwali ta’ riskju jikkonforma mal-limiti tar-riskji stipulati skont l-Artikolu 44;
(e)
jistabbilixxi, jimplimenta u jżomm proċeduri adegwati li, fil-każ ta’ ksur reali jew antiċipat tal-limiti tar-riskji tal-AIF, iwasslu għal azzjonijiet rimedjali f’waqthom fl-aħjar interessi tal-investituri;
(f)
jiżgura li jkun hemm sistemi u proċeduri xierqa tal-immaniġġjar tal-likwidità għal kull AIF f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 46.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0231
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|