|
+Artikolu 45 3. |
Artikolu 45 3.Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-AIFM għandu jieħu l-azzjonijiet li ġejjin għal kull AIF li jimmaniġġja:
(a)
iħaddem dawk l-arranġamenti, il-proċessi u t-tekniki tal-kejl tar-riskji kif meħtieġ biex ikun żgurat li r-riskji tal-pożizzjonijiet meħuda u l-kontribut tagħhom fil-profil tar-riskju ġenerali jitkejlu b’mod preċiż abbażi ta’ dejta soda u affidabbli u li l-arranġamenti, il-proċessi u t-tekniki tal-kejl tar-riskji jkunu ddokumentati adegwatement;
(b)
iwettaq testijiet retrospettivi perjodiċi biex jeżamina l-validità tal-arranġamenti tal-kejl tar-riskji li jinkludu previżjonijiet u estimi abbażi ta’ mudelli;
(c)
iwettaq testijiet tal-istress u analiżi tax-xenarji perjodiċi u xierqa biex jiġu indirizzati r-riskji li jinħolqu mit-tibdil potenzjali fil-kundizzjonijiet tas-suq li jistgħu jaffettwaw ħażin lill-AIF;
(d)
jiżgura li l-livell attwali ta’ riskju jikkonforma mal-limiti tar-riskji stipulati skont l-Artikolu 44;
(e)
jistabbilixxi, jimplimenta u jżomm proċeduri adegwati li, fil-każ ta’ ksur reali jew antiċipat tal-limiti tar-riskji tal-AIF, iwasslu għal azzjonijiet rimedjali f’waqthom fl-aħjar interessi tal-investituri;
(f)
jiżgura li jkun hemm sistemi u proċeduri xierqa tal-immaniġġjar tal-likwidità għal kull AIF f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 46. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|