|
+Artikolu 47 1. |
Artikolu 47 1.Is-sistema u l-proċeduri tal-immaniġġjar tal-likwidità msemmija fl-Artikolu 46 għandhom mill-inqas jiżguraw li:
(a)
L-AIFM iżomm livell ta’ likwidità fl-AIF li jkun xieraq għall-obbligi sottostanti tiegħu, abbażi ta’ valutazzjoni tal-likwidità relattiva l-assi tal-AIF fis-suq, filwaqt li jqis iż-żmien meħtieġ għal-likwidazzjoni u l-prezz jew il-valur li bih dawk l-assi jistgħu jiġu likwidati u s-sensittività tagħhom għal riskji jew fatturi oħra tas-suq;
(b)
l-AIFM jimmonitorja l-profil tal-likwidità tal-portafoll tal-assi tal-AIF, filwaqt li jqis il-kontribut marġinali tal-assi individwali li jista’ jkollu impatt materjali fuq il-likwidità, u l-obbligazzjonijiet u impenji materjal, kontinġenti jew mhux, li l-AIF jista’ jkollu fir-rigward tal-obbligi sottostanti tiegħu. Għal dawn il-finijiet l-AIFM għandu jqis il-profil tal-bażi tal-investituri tal-AIF, inkluż it-tip ta’ investituri, id-daqs relattiv tal-investimenti u t-termini tat-tifdija li dawn l-investimenti huma soġġetti għalhom;
(c)
l-AIFM, fejn l-AIF jinvesti f’impriżi oħra ta’ investiment kollettiv, jimmonitorja l-approċċ adottat mill-maniġers ta’ dawk l-impriżi l-oħra ta’ investiment kollettiv lejn l-immaniġġjar tal-likwidità, inkluż permezz ta’ twettiq ta’ reviżjonijiet perjodiċi biex ikunu mmonitorati l-bidliet fid-dispożizzjonijiet tat-tifdija tal-impriżi ta’ investiment kollettiv sottostanti li l-AIF jinvesti fihom. Soġġett għall-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2011/61/UE, dan l-obbligu ma għandhux japplika fejn l-impriżi l-oħra ta’ investiment kollettiv li l-AIF jinvesti fihom jiġu nnegozjati attivament f’suq regolat skont it-tifsira tal-punt (14) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE jew f’suq ekwivalenti ta’ pajjiż terz;
(d)
l-AIFM jimplimenta u jżomm arranġamenti u proċeduri ta’ kejl xieraq tal-likwidità biex jivvaluta r-riskji kwantitattivi u kwalitattivi tal-pożizzjonijiet u tal-investimenti li hemm ħsieb li jsiru u li jkollhom impatt materjali fuq il-profil tal-likwidità tal-portafoll tal-assi tal-AIF biex jippermetti li l-effetti kumplessivi tagħhom fuq l-profil tal-likwidità jiġu mkejla kif xieraq. Il-proċeduri użati għandhom jiżguraw li l-AIFM ikollu l-għarfien u l-fehim adattati tal-likwidità tal-assi li l-AIF ikun investa fihom jew ikollu l-ħsieb jinvesti fihom inkluż, fejn applikabbli, il-volum tan-negozjar u s-sensittività tal-prezzijiet u, skont il-każ, jew il-firxiet tal-assi individwali f’kundizzjonijiet tal-likwidità normali kif ukoll eċċezzjonali;
(e)
l-AIFM jikkunsidra u jħaddem l-għodod u l-arranġamenti effikaċi, inklużi arranġamenti speċjali, meħtieġa biex jimmaniġġja r-riskju tal-likwidità ta’ kull AIF li jimmaniġġja. L-AIFM għandu jidentifika t-tipi ta’ ċirkustanzi fejn dawn l-għodod u l-arranġamenti jistgħu jintużaw kemm f’ċirkostanzi normali kif ukoll eċċezzjonali, filwaqt li jqis it-trattament ġust tal-investituri tal-AIF kollha fir-rigward ta’ kull AIF immaniġġjat. L-AIFM jista’ juża għodod u arranġamenti bħal dawn fil-każ biss ta’ dawn iċ-ċirkostanzi u jekk ikunu saru divulgazzjonijiet xierqa skont l-Artikolu 108. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|