+Artikolu 47 Monitoraġġ u mmaniġġjar tar-riskji tal-liwidità
---+Artikolu 47 1.
---+Artikolu 47 2.
---+Artikolu 47 3.
---+Artikolu 47 4.
|
Artikolu 47 Monitoraġġ u mmaniġġjar tar-riskji tal-liwidità
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 47 1.
|
Is-sistema u l-proċeduri tal-immaniġġjar tal-likwidità msemmija fl-Artikolu 46 għandhom mill-inqas jiżguraw li:
(a)
L-AIFM iżomm livell ta’ likwidità fl-AIF li jkun xieraq għall-obbligi sottostanti tiegħu, abbażi ta’ valutazzjoni tal-likwidità relattiva l-assi tal-AIF fis-suq, filwaqt li jqis iż-żmien meħtieġ għal-likwidazzjoni u l-prezz jew il-valur li bih dawk l-assi jistgħu jiġu likwidati u s-sensittività tagħhom għal riskji jew fatturi oħra tas-suq;
(b)
l-AIFM jimmonitorja l-profil tal-likwidità tal-portafoll tal-assi tal-AIF, filwaqt li jqis il-kontribut marġinali tal-assi individwali li jista’ jkollu impatt materjali fuq il-likwidità, u l-obbligazzjonijiet u impenji materjal, kontinġenti jew mhux, li l-AIF jista’ jkollu fir-rigward tal-obbligi sottostanti tiegħu. Għal dawn il-finijiet l-AIFM għandu jqis il-profil tal-bażi tal-investituri tal-AIF, inkluż it-tip ta’ investituri, id-daqs relattiv tal-investimenti u t-termini tat-tifdija li dawn l-investimenti huma soġġetti għalhom;
(c)
l-AIFM, fejn l-AIF jinvesti f’impriżi oħra ta’ investiment kollettiv, jimmonitorja l-approċċ adottat mill-maniġers ta’ dawk l-impriżi l-oħra ta’ investiment kollettiv lejn l-immaniġġjar tal-likwidità, inkluż permezz ta’ twettiq ta’ reviżjonijiet perjodiċi biex ikunu mmonitorati l-bidliet fid-dispożizzjonijiet tat-tifdija tal-impriżi ta’ investiment kollettiv sottostanti li l-AIF jinvesti fihom. Soġġett għall-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2011/61/UE, dan l-obbligu ma għandhux japplika fejn l-impriżi l-oħra ta’ investiment kollettiv li l-AIF jinvesti fihom jiġu nnegozjati attivament f’suq regolat skont it-tifsira tal-punt (14) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE jew f’suq ekwivalenti ta’ pajjiż terz;
(d)
l-AIFM jimplimenta u jżomm arranġamenti u proċeduri ta’ kejl xieraq tal-likwidità biex jivvaluta r-riskji kwantitattivi u kwalitattivi tal-pożizzjonijiet u tal-investimenti li hemm ħsieb li jsiru u li jkollhom impatt materjali fuq il-profil tal-likwidità tal-portafoll tal-assi tal-AIF biex jippermetti li l-effetti kumplessivi tagħhom fuq l-profil tal-likwidità jiġu mkejla kif xieraq. Il-proċeduri użati għandhom jiżguraw li l-AIFM ikollu l-għarfien u l-fehim adattati tal-likwidità tal-assi li l-AIF ikun investa fihom jew ikollu l-ħsieb jinvesti fihom inkluż, fejn applikabbli, il-volum tan-negozjar u s-sensittività tal-prezzijiet u, skont il-każ, jew il-firxiet tal-assi individwali f’kundizzjonijiet tal-likwidità normali kif ukoll eċċezzjonali;
(e)
l-AIFM jikkunsidra u jħaddem l-għodod u l-arranġamenti effikaċi, inklużi arranġamenti speċjali, meħtieġa biex jimmaniġġja r-riskju tal-likwidità ta’ kull AIF li jimmaniġġja. L-AIFM għandu jidentifika t-tipi ta’ ċirkustanzi fejn dawn l-għodod u l-arranġamenti jistgħu jintużaw kemm f’ċirkostanzi normali kif ukoll eċċezzjonali, filwaqt li jqis it-trattament ġust tal-investituri tal-AIF kollha fir-rigward ta’ kull AIF immaniġġjat. L-AIFM jista’ juża għodod u arranġamenti bħal dawn fil-każ biss ta’ dawn iċ-ċirkostanzi u jekk ikunu saru divulgazzjonijiet xierqa skont l-Artikolu 108.
|
|
Artikolu 47 2.
|
L-AIFMs għandhom jiddokumentaw il-politiki u l-proċeduri tal-immaniġġjar tal-likwidità tagħhom, kif imsemmi fil-paragrafu 1, jirreveduhom mill-inqas fuq bażi annwali u jaġġornahom għal kwalunkwe bidla jew arranġament ġdid.
|
|
Artikolu 47 3.
|
L-AIFMs għandhom jinkludu miżuri ta’ eskalazzjoni xierqa fis-sistema u l-proċeduri tal-immaniġġjar tal-likwidità tagħhom, kif imsemmi fil-paragrafu 1, sabiex jindirizzaw nuqqasijiet ta’ likwidità antiċipati jew attwali jew sitwazzjonijiet diffikultużi oħra tal-AIF.
|
|
Artikolu 47 4.
|
Fejn l-AIFM jimmaniġġja AIF li tkun AIF ingranata magħluqa, il-punt (e) tal-paragrafu 1 ma għandux japplika.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0231
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|