+Artikolu 48 Immaniġġjar tal-limiti tal-likwidità u t-testijiet tal-istress
---+Artikolu 48 1.
---+Artikolu 48 2.
---+Artikolu 48 3.
|
Artikolu 48 Immaniġġjar tal-limiti tal-likwidità u t-testijiet tal-istress
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 48 1.
|
L-AIFMs għandhom, fejn xieraq, filwaqt li jqisu n-natura, id-daqs u l-kumplessità ta’ kull AIF li jimmaniġġjaw, jimplimentaw u jżommu limiti adegwati għal-likwidità jew l-illikwidità tal-AIF konsistenti mal-obbligi sottostanti u l-politika tat-tifdija tiegħu f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 44 rigward il-limiti tar-riskji kwantitattivi u kwalitattivi. L-AIFMs għandhom jimmonitorjaw il-konformità ma’ dawk il-limiti u fejn il-limiti jinqabżu jew x’aktarx jinqabżu, għandhom jiddeterminaw il-kors ta’ azzjoni meħtieġ (jew neċessarju). Fid-determinazzjoni tal-azzjoni xierqa, l-AIFMs għandhom iqisu l-adegwatezza tal-politiki u l-proċeduri tal-immaniġġjar tal-likwidità, l-adegwatezza tal-profil tal-likwidità tal-assi tal-AIF u l-effett ta’ livelli atipiċi ta’ talbiet ta’ tifdija.
|
|
Artikolu 48 2.
|
L-AIFMs għandhom iwettqu regolarment testijiet tal-istress, taħt kundizzjonijiet tal-likwidità normali u eċċezzjonali, li jippermettulhom jivvalutaw ir-riskju tal-likwidità ta’ kull AIF li jimmaniġġjaw. Testijiet tal-istress għandhom:
(a)
isiru fuq il-bażi ta’ informazzjoni affidabbli u aġġornata f’termini kwantitattivi jew, fejn dan mhux xieraq, f’termini kwalitattivi;
(b)
fejn xieraq, jissimulaw nuqqas ta’ likwidità tal-assi fil-AIF u talbiet atipiċi ta’ tifdija;
(c)
ikopru r-riskji tas-suq u kwalunkwe impatt riżultanti, inkluż fuq l-appelli għall-manutenzjoni tal-marġini, ir-rekwiżiti tal-kollateral jew il-linji ta’ kreditu;
(d)
iqisu s-sensitivitajiet tal-valwazzjonijet taħt kundizzjonijiet ta’ stess;
(e)
jitwettqu bi frekwenza xierqa għan-natura tal-AIF u mill-inqas darba fis-sena filwaqt li jqisu l-istrateġija tal-investiment, il-profil tal-likwidità, it-tip ta’ investituri u l-politika tat-tifdija tal-AIF.
|
|
Artikolu 48 3.
|
L-AIFMs għandhom jaġixxu fl-aħjar interessi tal-investituri fir-rigward tar-riżultat ta’ kwalunkwe test tal-istress.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0231
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|