+Artikolu 52 Rekwiżiti kwalitattivi fir-rigward tal-isponsors u l-oriġinaturi

Artikolu 52 Rekwiżiti kwalitattivi fir-rigward tal-isponsors u l-oriġinaturi

Artikolu 52

Rekwiżiti kwalitattivi fir-rigward tal-isponsors u l-oriġinaturi

Qabel ma’ AIFM jieħu skopertura għar-riskju tal-kreditu ta’ titolizzazzjoni għan-nom ta’ AIF wieħed jew aktar, għandu jiżgura li l-isponsors u l-oriġinatur:

(a) 

jagħtu kreditu abbażi ta’ kriterji sodi u definiti tajjeb u jistabbixxu b’mod ċar il-proċess għall-approvazzjoni, l-emendar, u r-rifinanzjament tas-self għal skoperturi li għandhom jiġu ttitolizzati bħalma japplikaw fil-każ tal-iskoperturi li għandhom;

(b) 

ikollhom fis-seħħ u joperaw sistemi effettivi biex jimmaniġġjaw l-amministrazzjoni u l-monitoraġġ kontinwu tal-portfolji u l-iskoperturi tagħhom li jġorr riskju, inklużi l-identifikazzjoni u l-immaniġġjar ta’ self problematiku u biex jagħmlu aġġustamenti u dispożizzjonijiet xierqa fil-valur;

(c) 

jiddiversifikaw adegwatament kwalunkwe portafoll ta’ kreditu abbażi tas-suq fil-mira u l-istrateġija kumplessiva tal-kreditu;

(d) 

ikollhom politika bil-miktub dwar ir-riskju tal-kreditu li tinkludi l-limiti tat-tolleranza tar-riskju tagħhom u politika tal-forniment u tiddeskrivi kif tkejjel, timmonitorja u tikkontrolla dak ir-riskju;

(e) 

jagħtu aċċess disponibbli fil-pront għad-dejta materjalment rilevanti kollha dwar il-kwalità tal-kreditu u tal-prestazzjoni tal-iskoperturi individwali sottostanti, il-flussi tal-flus u l-kollateral li jsostnu l-iskopertura tat-titolizzazzjoni u tali informazzjoni li tkun meħtieġa biex jitwettqu testijiet tal-istress komprensivi u infurmati tajjeb dwar il-flussi tal-flus u l-valuri tal-kollateral li jsosstnu l-iskoperturi sottostanti. Għal dak il-għan, id-dejta materjalment rilevanti għandha tiġi determinata mid-data tat-titolizzazzjoni u fejn xieraq minħabba n-natura tat-titolizzazzjoni wara dik id-data;

(f) 

jagħtu aċċess disponibbli fil-pront għad-dejta rilevanti l-oħra kollha meħtieġa biex l-AIFM jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 53;

(g) 

jiddivulgaw il-livell ta’ interess ekonomiku nett miżmum tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 51, kif ukoll kwalunkwe kwistjoni li tista’ thedded iż-żamma tal-interess ekonomiku nett minimu meħtieġ kif imsemmi f’dak l-Artikolu.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0231
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.