|
+Artikolu 53 1. |
Artikolu 53 1.Qabel ma jieħdu skopertura għar-riskju tal-kreditu ta’ titolizzazzjoni għan-nom ta’ AIF wieħed jew aktar, u kif xieraq minn hemm ‘il quddiem, l-AIFMs għandhom ikunu kapaċi juru lill-awtoritajiet kompetenti li, għal kull waħda mill-pożizzjonijiet tat-titolizzazzjoni tagħhom, huma għandhom fehim komprensiv u fil-fond ta’ dawk il-pożizzjonijiet u li implimentaw politiki u proċeduri formali xierqa għall-profil tar-riskju tal-investimenti rilevanti tal-AIF f’pożizzjonijiet titolizzati għall-analiżi u r-rekords:
(a)
informazzjoni ddivulgata skont l-Artikolu 51, minn oriġinaturi jew sponsors biex tispeċifika l-interess ekonomiku nett li għandhom, fuq bażi kontinwa, fit-titolizzazzjoni;
(b)
il-karatteristiċi tar-riskju tal-pożizzjoni individwali ta’ titolizzazzjoni;
(c)
il-karatteristiċi tar-riskju tal-iskoperturi sottostanti l-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni;
(d)
ir-reputazzjoni u l-esperjenza ta’ telf f’titolizzazzjonijiet preċedenti tal-oriġinaturi jew tal-isponsors fil-klassijiet ta’ skoperturi sottostanti l-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni;
(e)
ir-rapporti u d-divulgazzjonijiet magħmula mill-oriġinaturi jew l-isponsors, jew l-aġenti jew il-konsulenti tagħhom, dwar id-diliġenza dovuta tagħhom fuq l-iskoperturi titolizzati u, fejn xieraq, fuq il-kwalità tal-kollateral li jsostni l-iskoperturi titolizzati;
(f)
fejn applikabbli, il-metodoloġiji u l-kunċetti li fuqhom tkun ibbażata il-valwazzjoni tal-kollateral li jsostni l-iskoperturi titolizzati u l-politiki adottati mill-oriġinatur jew l-isponsor sabiex tiġi żgurata l-indipendenza tal-valwatur;
(g)
il-karatteristiċi strutturali kollha tat-titolizzazzjoni li jista’ jkollhom impatt materjali fuq il-prestazzjoni tal-pożizzjoni tat-titolizzazzjoni tal-istituzzjoni, bħall-kaskata kuntrattwali u skattaturi relatati mal-kaskati, titjib tal-kreditu, titjib tal-likwidità, skattaturi tal-valur tas-suq, u definizzjonijiet speċifiċi għat-transazzjoni ta’ inadempjenza. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|