+Artikolu 53 Rekwiżiti kwalitattivi li jikkonċernaw lill-AIFMs skoperti għal titolizzazzjonijiet
---+Artikolu 53 1.
---+Artikolu 53 2.
---+Artikolu 53 3.
---+Artikolu 53 4.
---+Artikolu 53 5.

Artikolu 53 Rekwiżiti kwalitattivi li jikkonċernaw lill-AIFMs skoperti għal titolizzazzjonijiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 53 1.

Qabel ma jieħdu skopertura għar-riskju tal-kreditu ta’ titolizzazzjoni għan-nom ta’ AIF wieħed jew aktar, u kif xieraq minn hemm ‘il quddiem, l-AIFMs għandhom ikunu kapaċi juru lill-awtoritajiet kompetenti li, għal kull waħda mill-pożizzjonijiet tat-titolizzazzjoni tagħhom, huma għandhom fehim komprensiv u fil-fond ta’ dawk il-pożizzjonijiet u li implimentaw politiki u proċeduri formali xierqa għall-profil tar-riskju tal-investimenti rilevanti tal-AIF f’pożizzjonijiet titolizzati għall-analiżi u r-rekords:

(a) 

informazzjoni ddivulgata skont l-Artikolu 51, minn oriġinaturi jew sponsors biex tispeċifika l-interess ekonomiku nett li għandhom, fuq bażi kontinwa, fit-titolizzazzjoni;

(b) 

il-karatteristiċi tar-riskju tal-pożizzjoni individwali ta’ titolizzazzjoni;

(c) 

il-karatteristiċi tar-riskju tal-iskoperturi sottostanti l-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni;

(d) 

ir-reputazzjoni u l-esperjenza ta’ telf f’titolizzazzjonijiet preċedenti tal-oriġinaturi jew tal-isponsors fil-klassijiet ta’ skoperturi sottostanti l-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni;

(e) 

ir-rapporti u d-divulgazzjonijiet magħmula mill-oriġinaturi jew l-isponsors, jew l-aġenti jew il-konsulenti tagħhom, dwar id-diliġenza dovuta tagħhom fuq l-iskoperturi titolizzati u, fejn xieraq, fuq il-kwalità tal-kollateral li jsostni l-iskoperturi titolizzati;

(f) 

fejn applikabbli, il-metodoloġiji u l-kunċetti li fuqhom tkun ibbażata il-valwazzjoni tal-kollateral li jsostni l-iskoperturi titolizzati u l-politiki adottati mill-oriġinatur jew l-isponsor sabiex tiġi żgurata l-indipendenza tal-valwatur;

(g) 

il-karatteristiċi strutturali kollha tat-titolizzazzjoni li jista’ jkollhom impatt materjali fuq il-prestazzjoni tal-pożizzjoni tat-titolizzazzjoni tal-istituzzjoni, bħall-kaskata kuntrattwali u skattaturi relatati mal-kaskati, titjib tal-kreditu, titjib tal-likwidità, skattaturi tal-valur tas-suq, u definizzjonijiet speċifiċi għat-transazzjoni ta’ inadempjenza.

Artikolu 53 2.
Fejn AIFM ikun ħa skopertura għal valur materjali tar-riskju tal-kreditu ta’ titolizzazzjoni għan-nom ta’ AIF wieħed jew aktar, għandu regolarment iwettaq testijiet tal-istress xierqa għal dawn il-pożizzjonijiet tat-titolizzazzjoni skont il-punt (b) tal-Artikolu 15(3) tad-Direttiva 2011/61/UE. It-test tal-istress għandu jkun proporzjonat man-natura, id-daqs u l-kumplessità tar-riskji inerenti fil-pożizzjonijiet tat-titolizzazzjoni.

L-AIFMs għandhom jistabbilixxu proċeduri ta’ monitoraġġ formali f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 15 tad-Direttiva 2011/61/UE fi proporzjon mal-profil tar-riskju tal-AIF rilevanti f’relazzjoni għar-riskju tal-kreditu ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni sabiex jimmonitorjaw fuq bażi kontinwa u fil-ħin l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-iskoperturi sottostanti dawn il-pożizzjonijiet tat-titolizzazzjoni. Din l-informazzjoni għandha tinkludi (jekk relevanti għat-tip speċifiku ta’ titolizzazzjoni u mhux limitata għal dawn it-tipi ta’ informazzjoni deskritti aktar hawnhekk), it-tip tal-iskopertura, il-perċentwali ta’ selfiet li ilhom dovuti aktar minn 30, 60 u 90 jum, ir-rati ta’ inadempjenza, ir-rati ta’ prepagament, self b’esklużjoni, tip u okkupanza ta’ kollateral, id-distribuzzjoni tal-frekwenza tal-kejl tal-kreditu jew kejl ieħor tal-vijabbiltà tal-kreditu fl-iskoperturi sottostanti, l-industrija u d-diversifikazzjoni ġeografika u d-distribuzzjoni tal-frekwenzi tal-proporzjonijiet tas-selfiet mal-valur b’bandwidths li jiffaċilitaw l-analiżi adegwata tas-sensittività. Fejn l-iskoperturi sottostanti jkunu huma stess pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni, l-AIFMs għandu jkollhom l-informazzjoni stabbilita f’dan is-subparagrafu mhux biss għas-segmenti ta’ titolizzazzjoni sottostanti, bħal isem l-emittent u l-kwalità tal-kreditu, iżda wkoll dwar il-karatteristiċi u l-prestazzjoni tal-pulijiet sottostanti dawk is-segmenti ta’ titolizzazzjoni.

L-AIFMs għandhom japplikaw l-istess standards ta’ analiżi għall-parteċipazzjonijiet jew is-sottoskrizzjonijiet fi ħruġ ta’ titolizzazzjonijiet mixtrija mingħand partijiet terzi.

Artikolu 53 3.
Għall-finijiet tal-immaniġġjar xieraq tar-riskju u tal-likwidità, l-AIFMs li jieħdu skopertura għar-riskju tal-kreditu ta’ titolizzazzjoni għan-nom ta’ AIF wieħed jew aktar għandhom jidentifikaw, ikejlu, jimmonitorjaw, jimmaniġġajw, jikkontrollaw u jirrappurtaw ir-riskji li jinħolqu minħabba l-iżbilanċi bejn l-assi u l-obbligazzjonijiet tal-AIF rilevanti, ir-riskju ta’ konċentrazzjoni jew ir-riskju tal-investiment li jirriżulta minn dawn l-istrumenti. L-AIFM għandu jiżgura li l-profil tar-riskju ta’ dawn il-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni jikkorrispondi mad-daqs, l-istruttura kumplessiva tal-portafoll, l-istrateġiji u l-għanijiet tal-investiment tal-AIF rilevanti kif stabbiliti fir-regoli jew fl-istrumenti tal-inkorporazzjoni, fil-prospektus u d-dokumenti tal-offerta tal-AIF.
Artikolu 53 4.
L-AIFMs għandhom jiżguraw, f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2011/61/UE, li hemm grad adegwat ta’ rappurtar intern lill-maniġment superjuri sabiex il-maniġment superjuri jkun konxju bis-sħiħ dwar kwalunkwe teħid ta’ skoperturi materjali għal titolizzazzjonijiet u li r-riskji li joħorġu minn dawk l-iskoperturi jiġu mmaniġġjati b’mod adegwat.
Artikolu 53 5.
L-AIFMs għandhom jinkludu informazzjoni xierqa dwar l-iskoperturi tagħhom għar-riskji tal-kreditu ta’ titolizzazzjonijiet u l-proċeduri tal-immaniġġjar tar-riskji tagħhom f’dan il-qasam fir-rapporti u d-divulgazzjonijet li jiġu sottomessi skont l-Artikoli 22, 23 u 24 tad-Direttiva 2011/61/UE.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0231
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.