+Artikolu 53 2.
|
Artikolu 53 2.
Fejn AIFM ikun ħa skopertura għal valur materjali tar-riskju tal-kreditu ta’ titolizzazzjoni għan-nom ta’ AIF wieħed jew aktar, għandu regolarment iwettaq testijiet tal-istress xierqa għal dawn il-pożizzjonijiet tat-titolizzazzjoni skont il-punt (b) tal-Artikolu 15(3) tad-Direttiva 2011/61/UE. It-test tal-istress għandu jkun proporzjonat man-natura, id-daqs u l-kumplessità tar-riskji inerenti fil-pożizzjonijiet tat-titolizzazzjoni. L-AIFMs għandhom jistabbilixxu proċeduri ta’ monitoraġġ formali f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 15 tad-Direttiva 2011/61/UE fi proporzjon mal-profil tar-riskju tal-AIF rilevanti f’relazzjoni għar-riskju tal-kreditu ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni sabiex jimmonitorjaw fuq bażi kontinwa u fil-ħin l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-iskoperturi sottostanti dawn il-pożizzjonijiet tat-titolizzazzjoni. Din l-informazzjoni għandha tinkludi (jekk relevanti għat-tip speċifiku ta’ titolizzazzjoni u mhux limitata għal dawn it-tipi ta’ informazzjoni deskritti aktar hawnhekk), it-tip tal-iskopertura, il-perċentwali ta’ selfiet li ilhom dovuti aktar minn 30, 60 u 90 jum, ir-rati ta’ inadempjenza, ir-rati ta’ prepagament, self b’esklużjoni, tip u okkupanza ta’ kollateral, id-distribuzzjoni tal-frekwenza tal-kejl tal-kreditu jew kejl ieħor tal-vijabbiltà tal-kreditu fl-iskoperturi sottostanti, l-industrija u d-diversifikazzjoni ġeografika u d-distribuzzjoni tal-frekwenzi tal-proporzjonijiet tas-selfiet mal-valur b’bandwidths li jiffaċilitaw l-analiżi adegwata tas-sensittività. Fejn l-iskoperturi sottostanti jkunu huma stess pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni, l-AIFMs għandu jkollhom l-informazzjoni stabbilita f’dan is-subparagrafu mhux biss għas-segmenti ta’ titolizzazzjoni sottostanti, bħal isem l-emittent u l-kwalità tal-kreditu, iżda wkoll dwar il-karatteristiċi u l-prestazzjoni tal-pulijiet sottostanti dawk is-segmenti ta’ titolizzazzjoni. L-AIFMs għandhom japplikaw l-istess standards ta’ analiżi għall-parteċipazzjonijiet jew is-sottoskrizzjonijiet fi ħruġ ta’ titolizzazzjonijiet mixtrija mingħand partijiet terzi.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0231
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|