+Artikolu 57 Rekwiżiti ġenerali
---+Artikolu 57 1.
---+Artikolu 57 2.
---+Artikolu 57 3.
---+Artikolu 57 4.
---+Artikolu 57 5.
---+Artikolu 57 6.
|
Artikolu 57 Rekwiżiti ġenerali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 57 1.
|
AIFMs għandhom:
(a)
jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu proċeduri tat-teħid ta’ deċiżjonijiet u struttura organizzazzjonali li jispeċifikaw linji tar-rappurtar u jallokaw il-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet b’mod ċar u dokumentat;
(b)
jiżguraw li l-persuni rilevanti tagħhom ikunu jafu bil-proċeduri li għandhom jiġu segwiti għat-twettiq korrett tar-responsabbiltajiet tagħhom;
(c)
jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu mekkaniżmi ta’ kontroll intern adegwati mfassla biex jiżguraw il-konformità mad-deċiżjonijiet u l-proċeduri fil-livelli kollha tal-AIFM;
(d)
jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu rappurtar u komunikazzjoni interni tal-informazzjoni effikaċi fil-livelli rilevanti kollha tal-AIFM kif ukoll flussi effikaċi tal-informazzjoni ma’ kwalunkwe parti terza involuta;
(e)
iżommu rekords adegwati u fl-ordni tan-negozju u l-organizzazzjoni interna tagħhom.
L-AIFMs għandhom iqisu n-natura, id-daqs u l-kumplessità tan-negozju tagħhom u n-natura u l-firxa tas-servizzi u l-attivitajiet li jitwettqu f’dak in-negozju. L-AIFMs għandhom iqisu r-riskji għas-sostenibbiltà meta jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-ewwel subparagrafu.
|
|
Artikolu 57 2.
|
L-AIFMs għandhom jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu sistemi u proċeduri li jkunu adegwati għall-ħarsien tas-sigurtà, l-integrità u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni, filwaqt li jqisu n-natura tal-informazzjoni inkwistjoni.
|
|
Artikolu 57 3.
|
L-AIFMs għandhom jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu politika adegwata tal-kontinwità tan-negozju mmirata biex tkun żgurata, fil-każ ta’ interruzzjoni fis-sistemi u l-proċeduri tagħhom, il-preservazzjoni tad-dejta u l-funzjonijiet essenzjali, u ż-żamma tas-servizzi u l-attivitajiet, jew meta dan ma jkunx possibbli, l-irkupru bla telf ta’ żmien ta’ din id-dejta u l-funzjonijiet u l-issoktar mill-ġdid tas-servizzi u l-attivitajiet tagħhom.
|
|
Artikolu 57 4.
|
L-AIFMs għandhom jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu politika u l-proċeduri tal-kontabbiltà u regoli tal-valwazzjoni li permezz tagħhom ikunu jistgħu, fuq talba tal-awtorità kompetenti, iwasslu fil-pront rapporti finanzjarji lill-awtorità kompetenti li jkunu jirriflettu b’mod ġust il-vera pożizzjoni finanzjarja tagħhom u li jkunu konformi mal-istandards u r-regoli tal-kontabbiltà applikabbli kollha.
|
|
Artikolu 57 5.
|
L-AIFMs għandhom jimplimentaw politiki u proċeduri xierqa biex jiżguraw li politiki tat-tifdija tal-AIF ikunu ddivulgati lill-investituri, f’biżżejjed dettall, qabel dawn ma jinvestu fl-AIF u fil-każ ta’ bidliet materjali.
|
|
Artikolu 57 6.
|
L-AIFMs għandhom jimmonitorjaw u, fuq bażi regolari, jevalwaw l-adegwatezza u l-effikaċja tas-sistemi, il-mekkaniżmi tal-kontrolli interni u l-arranġamenti stabbiliti tagħhom skont il-paragrafi 1 sa 5, u li jieħdu l-miżuri xierqa biex jiġi indirizzat kwalunkwe nuqqas.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0231
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|