+Artikolu 60 2.

Artikolu 60 2.

L-AIFM għandu jiżgura li l-maniġment superjuri tiegħu:

(a) 

ikun responsabbli mill-implimentazzjoni tal-politika ġenerali tal-investiment għal kull AIF immaniġġjat, kif definit, fejn rilevanti, fir-regoli tal-fond, fl-istrumenti tal-inkorporazzjoni, fil-prospett jew fid-dokumenti tal-offerta;

(b) 

jissorvelja l-approvazzjoni tal-istrateġiji tal-investiment għal kull AIF immaniġġjat;

(c) 

ikun responsabbli biex jiżgura li hemm stabbiliti u implimentat politiki u proċeduri tal-valwazzjoni skont l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2011/61/UE;

(d) 

ikun responsabbli biex jiżgura li l-AIFM ikollu funzjoni tal-konformità permanenti u effettiva, anki jekk din il-funzjoni titwettaq minn parti terza;

(e) 

jiżgura u jivverifika perjodikament li l-politika ġenerali tal-investiment, l-istrateġiji tal-investiment u l-limiti tar-riskji ta’ kull AIF immaniġġjat ikunu qegħdin jiġu implimentati u osservati sew u b’mod effikaċi, anke jekk il-funzjoni tal-immaniġġjar tar-riskji titwettaq minn partijiet terzi;

(f) 

japprova u jirrevedi perjodikament l-adegwatezza tal-proċeduri interni għat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar investiment għal kull AIF immaniġġjat, sabiex ikun żgurat li dawk id-deċiżjonijiet ikunu konsistenti mal-istrateġiji approvati ta’ investiment;

(g) 

japprova u jirrevedi perjodikament il-politika u l-arranġamenti tal-immaniġġjar tar-riskji, il-proċessi u t-tekniki għall-implimentazzjoni ta’ dik il-politika, inkluża s-sistema tal-limitu tar-riskji għal kull AIF li jimmaniġġja;

(h) 

ikun responsabbli biex jistabbilixxi u japplika politika ta’ rimunerazzjoni skont l-Anness II tad-Direttiva 2011/61/UE;

▼M2

(i) 

huwa responsabbli għall-integrazzjoni tar-riskji għas-sostenibbiltà fl-attivitajiet imsemmija fil-punti (a) sa (h).

▼B

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0231
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.