+Artikolu 60 Kontroll mill-korp tat-tmexxija, il-maniġment superjuri u l-funzjoni tas-superviżjoni
---+Artikolu 60 1.
---+Artikolu 60 2.
---+Artikolu 60 3.
---+Artikolu 60 4.
---+Artikolu 60 5.
---+Artikolu 60 6.
|
Artikolu 60 Kontroll mill-korp tat-tmexxija, il-maniġment superjuri u l-funzjoni tas-superviżjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 60 1.
|
Meta jallokaw funzjonijiet internament, l-AIFMs għandhom jiżguraw li korp tat-tmexxija, il-maniġiment superjuri u, fejn teżisti, il-funzjoni superviżorja, ikunu responsabbli għall-konformità tal-AIFM mal-obbligi tiegħu skont id-Direttiva 2011/61/UE.
|
|
Artikolu 60 2.
|
L-AIFM għandu jiżgura li l-maniġment superjuri tiegħu:
(a)
ikun responsabbli mill-implimentazzjoni tal-politika ġenerali tal-investiment għal kull AIF immaniġġjat, kif definit, fejn rilevanti, fir-regoli tal-fond, fl-istrumenti tal-inkorporazzjoni, fil-prospett jew fid-dokumenti tal-offerta;
(b)
jissorvelja l-approvazzjoni tal-istrateġiji tal-investiment għal kull AIF immaniġġjat;
(c)
ikun responsabbli biex jiżgura li hemm stabbiliti u implimentat politiki u proċeduri tal-valwazzjoni skont l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2011/61/UE;
(d)
ikun responsabbli biex jiżgura li l-AIFM ikollu funzjoni tal-konformità permanenti u effettiva, anki jekk din il-funzjoni titwettaq minn parti terza;
(e)
jiżgura u jivverifika perjodikament li l-politika ġenerali tal-investiment, l-istrateġiji tal-investiment u l-limiti tar-riskji ta’ kull AIF immaniġġjat ikunu qegħdin jiġu implimentati u osservati sew u b’mod effikaċi, anke jekk il-funzjoni tal-immaniġġjar tar-riskji titwettaq minn partijiet terzi;
(f)
japprova u jirrevedi perjodikament l-adegwatezza tal-proċeduri interni għat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar investiment għal kull AIF immaniġġjat, sabiex ikun żgurat li dawk id-deċiżjonijiet ikunu konsistenti mal-istrateġiji approvati ta’ investiment;
(g)
japprova u jirrevedi perjodikament il-politika u l-arranġamenti tal-immaniġġjar tar-riskji, il-proċessi u t-tekniki għall-implimentazzjoni ta’ dik il-politika, inkluża s-sistema tal-limitu tar-riskji għal kull AIF li jimmaniġġja;
(h)
ikun responsabbli biex jistabbilixxi u japplika politika ta’ rimunerazzjoni skont l-Anness II tad-Direttiva 2011/61/UE;
▼M2
(i)
huwa responsabbli għall-integrazzjoni tar-riskji għas-sostenibbiltà fl-attivitajiet imsemmija fil-punti (a) sa (h).
▼B
|
|
Artikolu 60 3.
|
AIFM għandu wkoll jiżgura li l-maniġment superjuri tiegħu u, fejn xieraq, il-korp tat-tmexxija tiegħu jew il-funzjoni superviżorja:
(a)
jivvalutaw u janaliżaw perjodikament l-effikaċja tal-politiki, l-arranġamenti u l-proċeduri fis-seħħ għall-konformità mal-obbligi stipulati fid-Direttiva 2011/61/UE;
(b)
jieħdu miżuri xierqa biex jiġi indirizzat kwalunkwe nuqqas.
|
|
Artikolu 60 4.
|
AIFM għandu jiżguraw li l-maniġment superjuri jirċievi fuq bażi frekwenti, u tal-anqas kull sena, rapporti bil-miktub dwar kwistjonijiet ta’ konformità, awditjar intern u l-immaniġġjar tar-riskji fejn ikun indikat b’mod partikolari jekk ikunux ittieħdu l-miżuri ta’ rimedju xierqa fil-każ ta’ kwalunkwe nuqqas.
|
|
Artikolu 60 5.
|
L-AIFM għandu jiżgura li l-maniġment superjuri tiegħu jirċievi fuq bażi regolari rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġiji ta’ investiment u l-proċeduri interni għat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar investiment imsemmija fil-punt (b) sa (e) tal-paragrafu 2.
|
|
Artikolu 60 6.
|
AIFM għandu jiżgura li l-korp tat-tmexxija jew il-funzjoni superviżorja, jekk ikun hemm, tirċievi fuq bażi regolari rapporti bil-miktub dwar il-kwistjonijiet msemmija fil-paragrafu 4.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0231
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|