+Artikolu 61 3.

Artikolu 61 3.

Sabiex il-funzjoni tal-konformità msemmija fil-paragrafu 2 tkun tista’ twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha sew u indipendentement, l-AIFM għandu jiżgura li:

(a) 

il-funzjoni ta’ konformità jkollha l-awtorità, ir-riżorsi, il-kompetenza u l-aċċess għall-informazzjoni rilevanti kollha meħtieġa;

(b) 

jinħatar uffiċjal tal-konformità u jkun responsabbli mill-funzjoni tal-konformità u biex jirrapporta fuq bażi frekwenti, u tal-anqas kull sena, lill-maniġment superjuri dwar kwistjonijiet ta’ konformità, fejn jindika b’mod partikolari jekk ikunux ittieħdu l-miżuri ta’ rimedju xierqa fil-każ ta’ kwalunkwe nuqqas;

(c) 

il-persuni fil-funzjoni tal-konformità ma jkunux involuti fit-twettiq tas-servizzi jew l-attivitajiet li jimmonitorjaw;

(d) 

il-metodu għad-determinazzjoni tar-rimunerazzjoni tal-uffiċjal tal-konformità u l-persuni l-oħra fil-funzjoni tal-konformità ma jaffettwax l-oġġettività tagħhom u x’aktarx li mhux se jaffettwaha.

Madanakollu, l-AIFM mhuwiex meħtieġ jikkonforma mal-punt (c) jew (d) tal-ewwel subparagrafu jekk ikun jista’ juri li minħabba n-natura, id-daqs u l-kumplessità tan-negozju tiegħu, u n-natura u l-firxa tas-servizzi u l-attivitajiet tiegħu, li dak ir-rekwiżit mhuwiex proporzjonat u li l-funzjoni tal-konformità tiegħu tibqa’ effikaċi.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0231
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.