|
+Artikolu 63 2. |
Artikolu 63 2.L-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom b’mod partikolari jkunu maħsuba biex jiżguraw li:
(a)
kull persuna rilevanti tkun konxja mir-restrizzjonijiet fuq it-tranżazzjonijiet personali msemmija fil-paragrafu 1, u mill-miżuri stabbiliti mill-AIFM b’rabta mat-tranżazzjonijiet personali u d-divulgazzjoni, skont il-paragrafu 1;
(b)
l-AIFM ikun mgħarrfa fil-pront dwar kwalunkwe tranżazzjoni personali li tidħol fiha persuna rilevanti koperta mill-paragrafu 1, jew b’notifika ta’ dik it-tranżazzjoni jew permezz ta’ proċeduri oħra biex l-AIFM ikun jista’ jidentifika tali tranżazzjonijiet;
(c)
jinżamm rekord tat-tranżazzjoni personali nnotifikata lill-AIFM jew identifikata minnu, inkluża kwalunkwe awtorizzazzjoni jew projbizzjoni b’rabta ma’ tali tranżazzjoni. Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, fejn ċerti attivitajiet tal-AIFM jitwettqu minn partijiet terzi, l-AIFM għandu jiżgura li l-entità li twettaq l-attività żżomm rekord tat-tranżazzjonijiet personali li tidħol għalihom kwalunke persuna rilevanti koperta mill-paragrafu 1 u li fuq talba tipprovdi l-informazzjoni lill-AIFM minnufih. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|