+Artikolu 63 Tranżazzjonijiet personali
---+Artikolu 63 1.
---+Artikolu 63 2.
---+Artikolu 63 3.
---+Artikolu 63 4.
|
Artikolu 63 Tranżazzjonijiet personali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 63 1.
|
Għal kwalunke persuna rilevanti li hija involuta f’attivitajiet li jistgħu joħolqu konflitt ta’ interess, jew li jkollha aċċess għal informazzjoni privileġġata, skont it-tifsira tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar insider dealing u manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq) (
3
) jew informazzjoni kunfidenzjali oħra marbuta mal-AIF jew mat-tranżazzjonijiet ma’ jew għal AIF, AIFM għandu jistabbilixxi, jimplimenta u jżomm arranġamenti adegwati mmirati biex jimpedixxi tali persuni rilevanti milli:
(a)
jidħlu fitranżazzjoni personali fi strumenti finanzjarji jew assi oħra li jissodisfaw wieħed mill-kriterji li ġejjin:
(i)
it-tranżazzjoni hija soġġetta għall-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2003/6/KE;
(ii)
it-tranżazzjoni tinvolvi l-abbuż jew id-divulgazzjoni skorretta ta’ informazzjoni kunfidenzjali;
(iii)
it-tranżazzjoni tikkonfliġġi jew x’aktarx tkun f’kunflitt ma’ obbligu tal-AIFM skont id-Direttiva 2011/61/UE;
(b)
tagħti pariri jew tħajjar, minbarra fit-twettiq tajjeb tal-impjieg tagħha jew kuntratt għal servizzi, kwalunkwe persuna oħra biex tidħol fi tranżazzjoni personali msemmija fil-punt (a)(i) u (ii), jew li altrimenti tkun tikkostitwixxi abbuż tal-informazzjoni marbuta ma’ ordnijiet pendenti;
(c)
tiddivulga, minbarra fit-twettiq tajjeb tal-impjieg tagħha jew kuntratt għal servizzi u mingħajr ħsara għall-Artikolu 3(a) tad-Direttiva 2003/6/KE, kwalunkwe informazzjoni jew opinjoni lil kwalunkwe persuna oħra jekk il-persuna rilevanti tkun taf, jew raġonevolment imissha tkun taf, li b’riżultat ta’ dik id-divulgazzjoni dik il-persuna l-oħra se tieħu jew x’aktarx li tieħu xi wieħed mill-passi li ġejjin:
(i)
tidħol fi tranżazzjoni personali msemmija fil-punt (a)(i) u (ii) fi strumenti finanzjarji jew assi oħrajn jew li altrimenti tkun tikkostitwixxi abbuż mill-informazzjoni dwar ordnijiet pendenti;
(ii)
tagħti parir jew tħajjar persuna oħra biex tidħol f’tali tranżazzjoni.
|
|
Artikolu 63 2.
|
L-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom b’mod partikolari jkunu maħsuba biex jiżguraw li:
(a)
kull persuna rilevanti tkun konxja mir-restrizzjonijiet fuq it-tranżazzjonijiet personali msemmija fil-paragrafu 1, u mill-miżuri stabbiliti mill-AIFM b’rabta mat-tranżazzjonijiet personali u d-divulgazzjoni, skont il-paragrafu 1;
(b)
l-AIFM ikun mgħarrfa fil-pront dwar kwalunkwe tranżazzjoni personali li tidħol fiha persuna rilevanti koperta mill-paragrafu 1, jew b’notifika ta’ dik it-tranżazzjoni jew permezz ta’ proċeduri oħra biex l-AIFM ikun jista’ jidentifika tali tranżazzjonijiet;
(c)
jinżamm rekord tat-tranżazzjoni personali nnotifikata lill-AIFM jew identifikata minnu, inkluża kwalunkwe awtorizzazzjoni jew projbizzjoni b’rabta ma’ tali tranżazzjoni.
Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, fejn ċerti attivitajiet tal-AIFM jitwettqu minn partijiet terzi, l-AIFM għandu jiżgura li l-entità li twettaq l-attività żżomm rekord tat-tranżazzjonijiet personali li tidħol għalihom kwalunke persuna rilevanti koperta mill-paragrafu 1 u li fuq talba tipprovdi l-informazzjoni lill-AIFM minnufih.
|
|
Artikolu 63 3.
|
Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għal tranżazzjonijiet personali:
(a)
eżegwiti bħala servizz diskrezzjonali ta’ mmaniġġjar ta’ portafoll fejn ma jkun hemm ebda komunikazzjoni minn qabel b’rabta mat-tranżazzjoni bejn il-maniġer tal-portafoll u l-persuna rilevanti jew persuna oħra li f’isimha hija eżegwita t-tranżazzjoni;
(b)
f’UCITS jew f’AIFs li jkunu soġġetti għal superviżjoni skont il-liġi ta’ Stat Membru li titlob livell ekwivalenti ta’ tifrix tar-riskji fl-assi tagħhom, fejn il-persuna rilevanti u kwalunkwe persuna oħra li f’isimha jiġu eżegwiti t-tranżazzjonijiet ma jkunux involuti fil-immaniġġjar ta’ dik l-impriża.
|
|
Artikolu 63 4.
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, tranżazzjoni personali għandha tinkludi wkoll tranżazzjoni fi strument finanzjarju jew assi ieħor eżegwita f’isem jew għan-nom ta’:
(b)
kwalunkwe persuna li magħha l-persuna rilevanti għandha relazzjoni familjari jew li magħha l-persuna relevanti għandha rabtiet mill-qrib;
(c)
persuna li r-relazzjoni tagħha ma’ persuna rilevanti tkun tali li l-persuna rilevanti jkollha intress dirett jew interess indirett fir-riżultat tan-negozju, minbarra t-tariffa jew il-kummissjoni għall-esekuzzjoni tan-negozju.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0231
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|