+Artikolu 67 1.

Artikolu 67 1.

L-AIFMs għandhom jistabbilixxu, iżommu, jimplimentaw u jirrevedu, għal kull AIF li jimmaniġġjaw politiki u proċeduri bil-miktub li jiżguraw proċess tal-valwazzjoni sod, trasparenti, komprensiv u dokumentat sew. Il-politika u l-proċeduri tal-valwazzjoni għandhom ikopru l-aspetti materjali kollha tal-proċess tal-valwazzjoni u tal-proċeduri u l-kontrolli tal-valwazzjoni fir-rigward tal-AIF rilevanti.

Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tal-liġi nazzjonali u r-regoli u l-istrumenti tal-inkorporazzjoni tal-AIF, l-AIFM għandu jiżgura li jiġu applikati metodoloġiji tal-valwazzjoni ġusti, xierqa u trasparenti għall-AIFs li jimmaniġġja. Il-politiki tal-valwazzjoni għandhom jidentifikaw, u l-proċeduri għandhom jimplimentaw, il-metodoloġiji tal-valwazzjoni użati għal kull tip ta’ assi fejn l-AIF jista’ jinvesti skont il-liġi nazzjonali applikabbli, ir-regoli tal-AIF u l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni. L-AIFM ma għandux jinvesti f’tip partikolari ta’ assi għall-ewwel darba sakemm ma jkunux ġew identifikati l-metodoloġija jew il-metodoloġiji tal-valwazzjoni xierqa għal dak it-tip speċifiku ta’ assi.

Il-politiki u l-proċeduri li jistabbilixxu l-metodoloġiji tal-valwazzjoni għandhom jinkludu l-inputs, il-mudelli u l-kriterji tal-għażla għall-ipprezzar u s-sorsi tad-dejta tas-suq. Għandhom jipprovdu li l-prezzijiet għandhom jinkisbu minn sorsi indipendenti kull meta possibbli u xieraq. Il-proċess tal-għażla ta’ metodoloġija partikulari għandu jinkludi valutazzjoni tal-metodoloġiji disponibbli rilevanti, filwaqt li jqis is-sensittività tagħhom għall-bidliet fil-varjabbli u kif strateġiji speċifiċi jiddeterminaw il-valur relattiv tal-assi fil-portafoll.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0231
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.