+Artikolu 67 Politiki u proċeduri għall-valwazzjoni tal-assi tal-AIF
---+Artikolu 67 1.
---+Artikolu 67 2.
---+Artikolu 67 3.
---+Artikolu 67 4.
|
Artikolu 67 Politiki u proċeduri għall-valwazzjoni tal-assi tal-AIF
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 67 1.
|
L-AIFMs għandhom jistabbilixxu, iżommu, jimplimentaw u jirrevedu, għal kull AIF li jimmaniġġjaw politiki u proċeduri bil-miktub li jiżguraw proċess tal-valwazzjoni sod, trasparenti, komprensiv u dokumentat sew. Il-politika u l-proċeduri tal-valwazzjoni għandhom ikopru l-aspetti materjali kollha tal-proċess tal-valwazzjoni u tal-proċeduri u l-kontrolli tal-valwazzjoni fir-rigward tal-AIF rilevanti. Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tal-liġi nazzjonali u r-regoli u l-istrumenti tal-inkorporazzjoni tal-AIF, l-AIFM għandu jiżgura li jiġu applikati metodoloġiji tal-valwazzjoni ġusti, xierqa u trasparenti għall-AIFs li jimmaniġġja. Il-politiki tal-valwazzjoni għandhom jidentifikaw, u l-proċeduri għandhom jimplimentaw, il-metodoloġiji tal-valwazzjoni użati għal kull tip ta’ assi fejn l-AIF jista’ jinvesti skont il-liġi nazzjonali applikabbli, ir-regoli tal-AIF u l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni. L-AIFM ma għandux jinvesti f’tip partikolari ta’ assi għall-ewwel darba sakemm ma jkunux ġew identifikati l-metodoloġija jew il-metodoloġiji tal-valwazzjoni xierqa għal dak it-tip speċifiku ta’ assi. Il-politiki u l-proċeduri li jistabbilixxu l-metodoloġiji tal-valwazzjoni għandhom jinkludu l-inputs, il-mudelli u l-kriterji tal-għażla għall-ipprezzar u s-sorsi tad-dejta tas-suq. Għandhom jipprovdu li l-prezzijiet għandhom jinkisbu minn sorsi indipendenti kull meta possibbli u xieraq. Il-proċess tal-għażla ta’ metodoloġija partikulari għandu jinkludi valutazzjoni tal-metodoloġiji disponibbli rilevanti, filwaqt li jqis is-sensittività tagħhom għall-bidliet fil-varjabbli u kif strateġiji speċifiċi jiddeterminaw il-valur relattiv tal-assi fil-portafoll.
|
|
Artikolu 67 2.
|
Il-politiki tal-valwazzjoni għandhom jistabbilixxu l-obbligi, ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-partijiet kollha involuti fil-proċess tal-valwazzjoni, inklużi tal-maniġment superjuri tal-AIFM. Il-proċeduri għandhom jirriflettu l-istruttura organizzazzjonali kif stabbiliti fil-politiki tal-valwazzjoni. Il-politiki u l-proċeduri tal-valwazzjoni għandhom jindirizzaw talanqas dan li ġej:
(a)
il-kompetenza u l-indipendenza tal-persunal li effettivament qiegħed iwettaq il-valwazzjoni tal-assi;
(b)
l-istrateġiji tal-investiment speċifiku tal-AIF u l-assi li l-AIF jista’ jinvesti fihom;
(c)
il-kontrolli fuq l-għażla tal-inputs, is-sorsi u l-metodoloġiji tal-valwazzjoni;
(d)
il-kanali ta’ eskalazzjoni biex jiġu riżolti differenzi fil-valuri tal-assi;
(e)
il-valwazzjoni ta’ kwalunkwe aġġustament relatat mad-daqs u l-likwidità tal-pożizzjonijiet, jew għal bidliet fil-kundizzjonijiet tas-suq, kif xieraq;
(f)
il-ħin xieraq meta jingħalqu l-kotba għall-fini tal-valwazzjoni;
(g)
il-frekwenza xierqa għall-valwazzjoni tal-assi.
|
|
Artikolu 67 3.
|
Meta jinħatar valwatur estern, il-politiki u l-proċeduri tal-valwazzjoni għandhom jistabbilixxu proċess għall-iskambju tal-informazzjoni bejn l-AIFM u l-valwatur estern biex jiġi żgurat li tingħata l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-fini li jitwettaq il-kompitu tal-valwazzjoni. Il-politiki u l-proċeduri tal-valwazzjoni għandhom jiżguraw li l-AIFM iwettaq diliġenza dovuta inizjali u perjodika fuq partijiet terzi li jinħatru biex iwettqu servizzi ta’ valwazzjoni.
|
|
Artikolu 67 4.
|
Fejn il-valwazzjoni titwettaq mill-AIFM innifsu, il-politiki għandhom jinkludu deskrizzjoni ta’ salvagwardji biex il-kompitu tal-valwazzjoni jitwettaq b’mod indipendenti skont il-punt (b) tal-Artikolu 19(4) tad-Direttiva 2011/61/UE. Dawn is-salvagwardji għandhom jinkludu miżuri biex jipprevjenu jew irażżnu lil kwalunkwe persuna milli teżerċita influwenza mhux xierqa fuq il-mod kif persuna twettaq attivitajiet ta’ valwazzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0231
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|