|
+Artikolu 71 3. |
Artikolu 71 3.Il-politiki u l-proċeduri tal-valwazzjoni għandhom jiddeskrivu l-proċess ta’ reviżjoni inklużi verifiki u kontrolli biżżejjed u xieraq dwar ir-raġonevolezza tal-valuri individwali. Ir-raġonevolezza għandha tiġi vvalutat f’termini tal-eżistenza ta’ grad xieraq ta’ oġġettività. Tali verifiki u kontrolli għandhom jinkludu mill-inqas:
(a)
il-verifika tal-valuri bi tqabbil fost l-ipprezzar tal-kontopartijiet u tul iż-żmien;
(b)
il-validazzjoni tal-valuri permezz ta’ paragun tal-prezzijiet realizzati mal-valuri fil-kotba riċenti;
(c)
konsiderazzjoni tar-reputazzjoni, il-konsistenza u l-kwalità tas-sors tal-valwazzjoni;
(d)
paragun mal-valuri ġġenerati minn parti terza;
(e)
eżami u dokumentazzjoni tal-eżenzjonijiet;
(f)
enfasi u stħarriġ ta’ kwalunkwe differenza li tidher mhux tas-soltu jew tvarja mill-parametru referenzjarju tal-valwazzjoni stabbilit għat-tip ta’ assi;
(g)
ittestjar għal prezzijiet staġnati u parametri implikati;
(h)
paragun mal-prezzijiet ta’ kwalunkwe assi relatat jew il-ħeġġijiet tagħhom;
(i)
reviżjoni tal-inputs użati fl-ipprezzar abbażi ta’ mudell, partikolarment dawk li għalihom il-prezz tal-mudell juri sensittività sinifikanti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|