+Artikolu 71 Reviżjoni tal-valuri individwali tal-assi
---+Artikolu 71 1.
---+Artikolu 71 2.
---+Artikolu 71 3.
---+Artikolu 71 4.
|
Artikolu 71 Reviżjoni tal-valuri individwali tal-assi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 71 1.
|
AIFM għandu jiżgura li l-assi kollha miżmuma mill-AIF huma valwati b’mod ġust u xieraq. L-AIFM għandu jiddokumenta skont it-tip ta’ assi l-mod kif ġie vvalutat il-valur individwali b’mod xieraq u ġust. L-AIFM għandu l-ħin kollu jkun kapaċi juri li l-portafolli tal-AIFs li jimmaniġġja huma valwati tajjeb.
|
|
Artikolu 71 2.
|
Il-politiki u l-proċeduri tal-valutazzjoni għandhom jistabbilixxu proċess ta’ reviżjoni għall-valuri individwali tal-assi, fejn jeżisti riskju materjali ta’ valwazzjoni mhux xierqa, bħal fil-każijiet li ġejjin:
(a)
il-valwazzjoni tkun bbażata fuq prezzijiet disponibbli biss minn xi sors uniku ta’ kontroparti jew sensar;
(b)
il-valutazzjoni tkun ibbażata fuq prezzijiet illikwidi tal-kambju;
(c)
il-valwazzjoni hija influwenzata minn partijiet relatati mal-AIFM;
(d)
il-valwazzjoni hija influwenzata minn entitajiet oħra li jista’ jkollhom interess finanzjarju fil-prestazzjoni tal-AIF;
(e)
il-valwazzjoni hija bbażata fuq prezzijiet mogħtija mill-kontroparti li oriġinat strument, partikolarment fejn l-oriġinatur jkun qiegħed ukoll jiffinanzja l-pożizzjoni tal-AIF fl-istrument;
(f)
il-valwazzjoni hija influwenzata minn individwu wieħed jew aktar fi ħdan l-AIFM.
|
|
Artikolu 71 3.
|
Il-politiki u l-proċeduri tal-valwazzjoni għandhom jiddeskrivu l-proċess ta’ reviżjoni inklużi verifiki u kontrolli biżżejjed u xieraq dwar ir-raġonevolezza tal-valuri individwali. Ir-raġonevolezza għandha tiġi vvalutat f’termini tal-eżistenza ta’ grad xieraq ta’ oġġettività. Tali verifiki u kontrolli għandhom jinkludu mill-inqas:
(a)
il-verifika tal-valuri bi tqabbil fost l-ipprezzar tal-kontopartijiet u tul iż-żmien;
(b)
il-validazzjoni tal-valuri permezz ta’ paragun tal-prezzijiet realizzati mal-valuri fil-kotba riċenti;
(c)
konsiderazzjoni tar-reputazzjoni, il-konsistenza u l-kwalità tas-sors tal-valwazzjoni;
(d)
paragun mal-valuri ġġenerati minn parti terza;
(e)
eżami u dokumentazzjoni tal-eżenzjonijiet;
(f)
enfasi u stħarriġ ta’ kwalunkwe differenza li tidher mhux tas-soltu jew tvarja mill-parametru referenzjarju tal-valwazzjoni stabbilit għat-tip ta’ assi;
(g)
ittestjar għal prezzijiet staġnati u parametri implikati;
(h)
paragun mal-prezzijiet ta’ kwalunkwe assi relatat jew il-ħeġġijiet tagħhom;
(i)
reviżjoni tal-inputs użati fl-ipprezzar abbażi ta’ mudell, partikolarment dawk li għalihom il-prezz tal-mudell juri sensittività sinifikanti.
|
|
Artikolu 71 4.
|
Il-politiki u l-proċeduri tal-valwazzjoni għandhom jinkludu miżuri ta’ eskalazzjoni xierqa biex jindirizzaw id-differenzi jew problemi oħrajn fil-valwazzjoni tal-assi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0231
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|