+Artikolu 77 Karatteristiċi tad-delegat
---+Artikolu 77 1.
---+Artikolu 77 2.
---+Artikolu 77 3.
|
Artikolu 77 Karatteristiċi tad-delegat
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 77 1.
|
Delegat għandu jkollu biżżejjed riżorsi u għandu jimpjega biżżejjed persunal bil-ħiliet, l-għarfien u l-kompetenzi meħtieġa għat-twettiq xieraq tal-kompiti ddelegati lilu u jkollu struttura organizzazzjonali xierqa li tappoġġja t-twettiq tal-kompiti ddelegati.
|
|
Artikolu 77 2.
|
Il-persuni li effettivament iwettqu l-attivitajiet iddelegati mill-AIFM għandu jkollhom esperjenza biżżejjed, għarfien teoretiku xieraq u esperjenza prattika xierqa fil-funzjonijiet relevanti. It-taħriġ professjonali tagħhom u n-natura tal-funzjonijiet li jkunu wettqu fl-imgħoddi għandhom ikunu xierqa għat-twettiq tan-negozju.
|
|
Artikolu 77 3.
|
Il-persuni li effettivament iwettqu n-negozju tad-delegat ma għandhomx jitqiesu ta’ reputazjoni tajba biżżejjed jekk ikollhom kwalunkwe rekord negattiv rilevanti kemm għall-valutazzjoni ta’ reputazzjoni tajba kif ukoll għat-twettiq xieraq tal-kompiti ddelegati jew jekk ikun hemm informazzjoni rilevanti oħra li taffettwa r-reputazzjoni tajba tagħhom. Tali rekords negattivi għandhom jinkludu, iżda ma għandhomx ikunu limitati għal, reati kriminali, proċedimenti ġudizzjarji jew sanzjonijiet amministrattivi rilevanti għat-twettiq tal-kompiti ddelegati. Attenzjoni speċjali għandha tingħata għal kwalunkwe reat relatat ma’ attivitajiet finanzjarji, inkluż iżda mhux limitat għal, obbligi relatati mal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus, diżonestà, frodi jew reati finanzjarji, falliment jew insolvenza. Informazzjoni oħra relevanti għandha tinkludi informazzjoni bħal dik li tindika li l-persuna mhix affidabbli jew onesta. Meta d-delegat ikun regolat fir-rigward tas-servizzi professjonali tiegħu fl-Unjoni, il-fatturi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jitqiesu ssodisfati meta l-awtorità superviżorja rilevanti tkun irrevediet il-kriterju ta’ “reputazzjoni tajba” skont il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni sakemm ma jkunx hemm evidenza kontrarja.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0231
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|