+Artikolu 78 3.

Artikolu 78 3.

Fejn id-delega tingħata lil impriża minn pajjiż terz, għandhom jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet segwenti skont il-punt (d) tal-Artikolu 20(1) tad-Direttiva 2011/61/UE:

(a) 

għandu jeżisti arranġament bil-miktub bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM u l-awtoritajiet superviżorji tal-impriża li tingħata d-delega;

(b) 

fir-rigward tal-impriża li tingħata d-delega, l-arranġament imsemmi fil-punt (a) jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti:

(i) 

fuq talba jiksbu l-informazzjoni relevanti meħtieġa biex iwettqu kompiti superviżorji tagħhom kif previst fid-Direttiva 2011/61/UE;

(ii) 

jiksbu aċċess għad-dokumenti rilevanti għat-twettiq tad-dmirijiet superviżorji tagħhom u li jkunu jinsabu fil-pajjiż terz;

(iii) 

iwettqu spezzjonijiet fuq il-post fil-bini tal-impriża fejn ikunu ġew iddelegati l-funzjonijiet. Il-proċeduri prattiċi għal spezzjonijiet fuq il-post għandhom ikunu dettaljati fl-arranġament bil-miktub;

(iv) 

jirċievu mill-aktar fis possibbli informazzjoni mingħand l-awtorità superviżorja fil-pajjiż terz għall-fini ta’ investigazzjoni ta’ ksur apparenti tar-rekwiżiti tad-Direttiva 2011/61/UE u l-miżuri implimentattivi tagħha;

(v) 

jikkooperaw fl-infurzar skont il-liġi nazzjonali u internazzjonali applikabbli għall-awtorità superviżorja tal-pajjiż terz u tal-awtoritajiet kompetenti tal-UE fil-każijiet ta’ ksur tar-rekwiżiti tad-Direttiva 2011/61/UE u l-miżuri implimentattivi tagħha u l-liġi nazzjonali rilevanti.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0231
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.