+Artikolu 80 Konflitti ta’ interess
---+Artikolu 80 1.
---+Artikolu 80 2.
---+Artikolu 80 3.

Artikolu 80 Konflitti ta’ interess

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 80 1.

Skont il-punt (b) tal-Artikolu 20(2) tad-Direttiva 2011/61/UE, il-kriterji biex jiġi vvalutat jekk delega hijiex f’konflitt mal-interessi tal-AIFM jew l-investitur fil-AIF għandhom mill-inqas jinkludu:

(a) 

fejn l-AIFM u d-delegat ikunu membri tal-istess grupp jew ikollhom kwalunkwe relazzjoni kuntrattwali oħra, fejn id-delegat jikkontrolla lill-AIFM jew ikollu l-abbiltà jinfluwenza l-azzjonijiet tiegħu;

(b) 

fejn id-delegat u investitur fl-AIF rilevanti jkunu membri tal-istess grupp jew ikollhom kwalunkwe relazzjoni kuntrattwali oħra, fejn l-investitur jikkontrolla lid-delegat jew ikollu l-abbiltà jinfluwenza l-azzjonijiet tiegħu;

(c) 

il-probabbiltà li d-delegat jagħmel qligħ finanzjarju, jew jevita telf finanzjarju, għas-spejjez tal-AIF jew tal-investituri fl-AIF;

(d) 

il-probabbiltà li d-delegat ikollu interess fir-riżultat ta’ servizz jew attività pprovduta lill-AIFM jew lill-AIF;

(e) 

il-probabbiltà li d-delegat ikollu inċentiv finanzjarju jew inċentiv ieħor biex jiffavorixxu l-interess ta’ klijent ieħor minflok l-interessi tal-AIF jew l-investituri fl-AIF;

(f) 

il-probabbiltà li d-delgat jiġi mħajjar jew se jiġi mħajjar minn persuna oħra barra l-AIFM fir-rigward tal-attivitajiet tal-immaniġġjar tal-portafoll kollettiv ipprovdut lill-AIFM u lill-AIFs li jimmaniġġja fil-forma ta’ flus, oġġetti jew servizzi, għajr il-kummissjoni jew it-tariffa standard għal dak is-servizz.

Artikolu 80 2.

Il-funzjoni tal-immaniġġjar tal-portafoll jew tar-riskji tista’ titqies li hija funzjonalment u ġerarkikalment separata minn kompiti oħra potenzjalment konfliġġenti fil-każ biss fejn huma ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-persuni involuti fil-kompiti tal-immaniġġjar tal-portafolji humiex involuti fit-twettiq ta’ kompiti potenzjalment konfliġġenti bħal kompiti ta’ kontroll;

(b) 

il-persuni involuti fil-kompiti tal-immaniġġjar tar-riskji humiex involuti fit-twettiq ta’ kompiti potenzjalment konfliġġenti bħal kompiti ta’ operat;

(c) 

il-persuni involuti fil-funzjonijiet tal-immaniġġjar tar-riskji mhumiex superviżjonati minn dawk responsabbli għat-twettiq ta’ kompiti ta’ operat;

(d) 

is-separazzjoni hija żgurata fl-istruttura ġerarkika kollha tad-delegat sal-korp tat-tmexxija tiegħu u hija riveduta mill-korp tat-tmexxija u, fejn teżisti, mill-funzjoni superviżorja tad-delegat.

Artikolu 80 3.

Il-kunflitti ta’ interess potenzjali għandhom jitqiesu identifikati sewwa, immaniġġjati, immonitorjati u ddivulgati lill-investituri tal-AIF biss jekk:

(a) 

l-AIFM jiżgura li d-delegat jieħu l-passi kollha raġjonevoli biex jidentifika, jimmaniġġja u jimmonitora l-konflitti ta’ interess potenzjali li jistgħu jinqalgħu bejnu u l-AIFM, l-AIF jew l-investituri fl-AIF. L-AIFM għandu jiżgura li d-delegat ikollu fis-seħħ proċeduri korrispondenti ma’ dawk meħtieġa skont l-Artikoli 31 sa 34.

(b) 

l-AIFM għandu jiżgura li d-delegat jiddivulga l-konflitti potenzjali ta’ interess kif ukoll il-proċeduri u l-miżuri li għandhom jiġu adottati minnu biex jimmaniġġja tali kunflitti ta’ interess lill-AIFM li għandu jiddivulgahom lill-AIF u lill-investituri fl-AIF skont l-Artikolu 36.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0231
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.