|
+Artikolu 82 1. |
Artikolu 82 1.AIFM għandu titqies entità letter box u ma għandux jibqa’ jitqies bħala l-maniġer tal-AIF jekk mill-inqas tkun teżisti kwalunkwe sitwazzjoni milli ġejjin:
(a)
l-AIFM jitlef l-għarfien espert u r-riżorsi meħtieġa biex jissuperviżjona l-kompiti ddelegati effettivament u jimmaniġġja r-riskji assoċjati mad-delega;
(b)
l-AIFM jitlef is-setgħa li jieħu deċiżjonijiet f’oqsma ewlenin li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-maniġment superjuri jew jitlef is-setgħa li jwettaq il-funzjonijiet tal-maniġment superjuri partikolarment fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-politika ġenerali tal-investiment u l-istrateġiji tal-investiment;
(c)
l-AIFM jitlef id-drittijiet kuntrattwali tiegħu li jitlob, jispezzjona, ikollu aċċess jew jagħti struzzjonijiet lid-delegati tiegħu jew l-eżerċitar ta’ dawn id-drittijiet fil-prattika isir impossibbli;
(d)
l-AIFM jiddelega t-twettiq tal-funzjonijiet tal-immaniġġjar tal-investimenti sal-punt li jisboq b’marġni sostanzjali l-funzjonijiet tal-immaniġġjar tal-investiment imwettqa mill-AIFM innifsu. Meta tiġi vvalutata l-firxa tad-delega, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l-istruttura kollha tad-delega filwaqt li mhux biss iqisu l-assi mmaniġġjati skont delega iżda wkoll il-kriterji kwalitattivi li ġejjin:
(i)
it-tipi ta’ assi li l-AIF jew l-AIFM li jaġixxi f’isem l-AIF ikun investit fihom, u l-importanza tal-assi mmaniġġjati taħt delega għall-profil tar-riskju u r-reddittu tal-AIF;
(ii)
l-importanza tal-assi taħt delega biex jintlaħqu l-miri tal-investiment tal-AIF;
(iii)
il-firxa ġeografika u settorjali tal-investimenti tal-AIF,
(iv)
il-profil tar-riskji tal-AIF;
(v)
it-tip tal-istrateġiji tal-investiment li jsegwi l-AIF jew l-AIFM li jaġixxi f’isem l-AIF;
(vi)
it-tipi ta’ kompiti ddelegati f’relazzjoni ma’ dawk miżmuma; u
(vii)
il-konfigurazzjoni tad-delegati u tas-sottodelegati tagħhom, l-isfera ġeografika tagħhom ta’ operat u l-istruttura korporattiva tagħhom, inkluż jekk il-delega tkunx ingħatat lil entità li tkun tal-istess grupp korporattiv bħall-AIFM. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|