+Artikolu 82 Entità “kaxxa tal-ittri” u AIFM mhux aktar meqjusa li qed jimmaniġġjaw AIF
---+Artikolu 82 1.
---+Artikolu 82 2.
---+Artikolu 82 3.
|
Artikolu 82 Entità “kaxxa tal-ittri” u AIFM mhux aktar meqjusa li qed jimmaniġġjaw AIF
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 82 1.
|
AIFM għandu titqies entità letter box u ma għandux jibqa’ jitqies bħala l-maniġer tal-AIF jekk mill-inqas tkun teżisti kwalunkwe sitwazzjoni milli ġejjin:
(a)
l-AIFM jitlef l-għarfien espert u r-riżorsi meħtieġa biex jissuperviżjona l-kompiti ddelegati effettivament u jimmaniġġja r-riskji assoċjati mad-delega;
(b)
l-AIFM jitlef is-setgħa li jieħu deċiżjonijiet f’oqsma ewlenin li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-maniġment superjuri jew jitlef is-setgħa li jwettaq il-funzjonijiet tal-maniġment superjuri partikolarment fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-politika ġenerali tal-investiment u l-istrateġiji tal-investiment;
(c)
l-AIFM jitlef id-drittijiet kuntrattwali tiegħu li jitlob, jispezzjona, ikollu aċċess jew jagħti struzzjonijiet lid-delegati tiegħu jew l-eżerċitar ta’ dawn id-drittijiet fil-prattika isir impossibbli;
(d)
l-AIFM jiddelega t-twettiq tal-funzjonijiet tal-immaniġġjar tal-investimenti sal-punt li jisboq b’marġni sostanzjali l-funzjonijiet tal-immaniġġjar tal-investiment imwettqa mill-AIFM innifsu. Meta tiġi vvalutata l-firxa tad-delega, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l-istruttura kollha tad-delega filwaqt li mhux biss iqisu l-assi mmaniġġjati skont delega iżda wkoll il-kriterji kwalitattivi li ġejjin:
(i)
it-tipi ta’ assi li l-AIF jew l-AIFM li jaġixxi f’isem l-AIF ikun investit fihom, u l-importanza tal-assi mmaniġġjati taħt delega għall-profil tar-riskju u r-reddittu tal-AIF;
(ii)
l-importanza tal-assi taħt delega biex jintlaħqu l-miri tal-investiment tal-AIF;
(iii)
il-firxa ġeografika u settorjali tal-investimenti tal-AIF,
(iv)
il-profil tar-riskji tal-AIF;
(v)
it-tip tal-istrateġiji tal-investiment li jsegwi l-AIF jew l-AIFM li jaġixxi f’isem l-AIF;
(vi)
it-tipi ta’ kompiti ddelegati f’relazzjoni ma’ dawk miżmuma; u
(vii)
il-konfigurazzjoni tad-delegati u tas-sottodelegati tagħhom, l-isfera ġeografika tagħhom ta’ operat u l-istruttura korporattiva tagħhom, inkluż jekk il-delega tkunx ingħatat lil entità li tkun tal-istess grupp korporattiv bħall-AIFM.
|
|
Artikolu 82 2.
|
Il-Kummissjoni għandha timmonitorja, fid-dawl tal-iżviluppi tas-suq, l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi s-sitwazzjoni wara sentejn u tieħu, jekk hemm bżonn, miżuri approprjati biex tisspeċifika iżjed il-kundizzjonijiet taħt liema l-AIFM għandha tiddelega il-fuzjonijiet tagħha sal-punt li ssir entità li sempliċiment tagħmilha ta' kaxxa tal-ittri u ma tkunx tista' tibqa' tiġi kkunsidrata bħala meniġer tal-AIF.
|
|
Artikolu 82 3.
|
L-AETS tista' toħroġ linji gwida biex tassigura strutturi ta' delegazzjoni ta' ġudizzju konsistenti madwar l-Unjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0231
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|