|
+Artikolu 83 1. |
Artikolu 83 1.Għandu jinkiteb kuntratt skont l-Artikolu 21(2) tad-Direttiva 2011/61/UE bejn id-depożitarju fuq naħa u l-AIFM u, skont il-każ, jew l-AIF min-naħa l-oħra, li bih jinħatar id-depożitarju u għandu jinkludi mill-inqas l-elementi li ġejjin:
(a)
deskrizzjoni tas-servizzi li għandhom ikunu pprovvduti mid-depożitarju u l-proċeduri li għandhom ikunu adottati għal kull tip ta’ assi li fihom jista’ jinvesti l-AIF u li mbagħad għandhom jiġu fdati f’idejn id-depożitarju;
(b)
deskrizzjoni tal-mod li bih jitwettqu s-salvagwardja u l-funzjoni ta’ superviżjoni skont it-tipi ta’ assi u r-reġjuni ġeografiċi li fihom l-AIF jippjana li jinvesti. Fir-rigward tad-dmirijet ta’ kustodja din id-deskrizzjoni għandha tinkludi listi tal-pajjiżi kif ukoll il-proċeduri biex jiżdiedu u, skont il-każ, jew jiġu rtirati pajjiżi minn dik il-lista. Din għandu jkun konsistenti mal-informazzjoni pprovduta fir-regoli tal-AIF, fl-istrumenti ta’ inkorporazzjoni u fid-dokumenti tal-offerta rigward l-assi li l-AIF jista’ jinvesti fihom;
(c)
dikjarazzjoni li r-responsabbiltà tad-depożitarju ma għandhix tiġi affettwata minn kwalunkwe delega ta’ funzjonijiet ta’ kustodja tiegħu sakemm ma jkunx ħeles lilu nnifsu mir-responsabbiltà tiegħu skont l-Artikolu 21(13) jew (14) tad-Direttiva 2011/61/UE;
(d)
il-perjodu ta’ validità u l-kundizzjonijiet għall-emendar u t-terminazzjoni tal-kuntratt inklużi sitwazzjonijiet li jistgħu jwasslu għat-terminazzjoni tal-kuntratt u d-dettalji dwar il-proċedura tat-terminazzjoni u, jekk applikabbli, il-proċeduri li bihom id-depożitarju għandu jibgħat l-informazzjoni rilevanti kollha li s-suċċessur tiegħu;
(e)
l-obbligi tal-kunfidenzjalità applikabbli għall-partijiet skont il-liġijiet u regolamenti relevanti. Dawn l-obbligi ma għandhomx ixekklu l-abbiltà tal-awtoritajiet kompetenti li jkollhom aċċess għad-dokumenti u l-informazzjoni relevanti;
(f)
il-mezzi u l-proċeduri li bihom id-depożitarju jittrażmetti lill-AIFM jew l-AIF l-informazzjoni rilevanti kollha meħtieġa biex iwettaq dmirijietu inkluż l-eżerċitar ta’ xi drittijiet marbuta mal-assi, u biex l-AIFM u l-AIF ikun jista’ jkollhom ħarsa ġenerali fil-pront u preċiża tal-kontijiet tal-AIF;
(g)
il-mezzi u l-proċeduri li permezz tagħhom l-AIFM jew l-AIF jittrażmetti l-informazzjoni rilevanti kollha jew jiżgura li d-depożitarju jkollu aċċess għall-informazzjoni kollha meħtieġa biex iwettaq dmirijietu, inklużi l-proċeduri li jiżguraw li d-depożitarju jirċievi informazzjoni minn partijiet oħra maħtura mill-AIF jew l-AIFM;
(h)
informazzjoni dwar kemm jekk id-depożitarju, jew parti terza li għandha jiġu ddelegati funzjonijiet ta’ salvagwardja, skont l-Artikolu 21(11) tad-Direttiva 2011/61/UE tistax tuża mill-ġdid l-assi li ġiet fdat bihom u, jekk jeżistu, il-kundizzjonijiet mehmuża ma’ kwalunkwe tali użu mill-ġdid;
(i)
il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti meta tkun qed tiġi kkunsidrata emenda fir-regoli tal-AIF, fl-istrumenti ta’ inkorporazzjoni jew fid-dokumenti tal-offerta, fejn jiġu spjegati s-sitwazzjonijiet li fihom id-depożitarju għandu jiġi mgħarraf, jew fejn ikun meħtieġ il-qbil minn qabel tad-depożitarju sabiex isseħħ l-emenda;
(j)
l-informazzjoni kollha meħtieġa li trid tiġi skambjata bejn l-AIF, l-AIFM, parti terza li taġixxi f’isem l-AIF jew l-AIFM, fuq naħa waħda, u d-depożitarju fuq in-naħa l-oħra, relatata mal-bejgħ, is-sottoskrizzjoni, it-tifdija, il-ħruġ, il-kanċellazzjoni u reakkwist ta’ unitajiet jew ishma tal-AIF;
(k)
l-informazzjoni kollha meħtieġa li trid tiġi skambjata bejn l-AIF, l-AIFM, parti terza li taġixxi f’isem l-AIF jew l-AIFM u depożitarju relatata mat-twettiq tas-sorveljanza u l-funzjoni tal-kontroll tad-depożitarju;
(l)
fejn il-partijiet fil-kuntratt jipprevedu li se jaħtru partijiet terzi biex iwettqu partijiet mid-dmirijiet rispettivi tagħhom, impenn li jipprovdi, fuq bażi regolari, dettalji ta’ kwalunkwe parti terza maħtura u, fuq talba, informazzjoni dwar il-kriterji użati biex tintgħażel il-parti terza u l-passi previsti għall-monitoraġġ tal-attivitajiet imwettqa mill-parti terza magħżula;
(m)
informazzjoni dwar il-kompiti u r-responsabbiltajiet tal-partijiet fil-kontratt fir-rigward tal-obbligi marbuta mal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu;
(n)
informazzjoni dwar il-kontijiet kollha tal-flus miftuħa f’isem l-AIF jew f’isem l-AIFM għan-nom tal-AIF u l-proċeduri li jiżguraw li d-depożitarju se jiġi infurmat kull meta jinfetaħ kont ġdid f’isem l-AIF jew f’isem l-AIFM li jaġixxi f’isem l-AIF;
(o)
dettalji dwar il-proċeduri ta’ esklazzjoni tad-depożitarju, inkluża l-identifikazzjoni tal-persuni li għandhom jiġu kkuntattjati fl-AIF jew skont il-każ, fl-AIFM mid-depożitarju meta jibda tali proċedura;
(p)
impenn mid-depożitarju li jinnotifika lill-AIFM meta jsir konxju li s-segregazzjoni tal-assi mhix, jew ma għadhiex suffiċjenti biex tiżgura l-protezzjoni minn insolvenza ta’ parti terza, li għandha jkunu ġew iddelegati funzjonijiet ta’ salvagwardja skont l-Artikolu 21(11) tad-Direttiva 2011/61/UE f’ġurisdizzjoni speċifika;
(q)
il-proċeduri li jiżguraw li d-depożitarju, fir-rigward tad-dmirijiet tiegħu, għandu l-kapaċità jistħarreġ dwar il-kondotta tal-AIFM u, skont il-każ, jew l-AIF u biex jevalwa l-kwalità tal-informazzjoni trażmessa inkluż billi jkollu aċċess għall-kotba tal-AIF u, skont il-każ, jew l-AIFM jew permezz ta’ żjarat fuq il-post;
(r)
il-proċeduri li jiżguraw li l-AIFM u, skont il-każ, jew l-AIF, jista’ jeżamina l-prestazzjoni tad-depożitarju fir-rigward tal-obbligi kuntrattwali tad-depożitarju. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|