+Artikolu 83 Dettalji kuntrattwali
---+Artikolu 83 1.
---+Artikolu 83 2.
---+Artikolu 83 3.
---+Artikolu 83 4.
---+Artikolu 83 5.
---+Artikolu 83 6.
|
Artikolu 83 Dettalji kuntrattwali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 83 1.
|
Għandu jinkiteb kuntratt skont l-Artikolu 21(2) tad-Direttiva 2011/61/UE bejn id-depożitarju fuq naħa u l-AIFM u, skont il-każ, jew l-AIF min-naħa l-oħra, li bih jinħatar id-depożitarju u għandu jinkludi mill-inqas l-elementi li ġejjin:
(a)
deskrizzjoni tas-servizzi li għandhom ikunu pprovvduti mid-depożitarju u l-proċeduri li għandhom ikunu adottati għal kull tip ta’ assi li fihom jista’ jinvesti l-AIF u li mbagħad għandhom jiġu fdati f’idejn id-depożitarju;
(b)
deskrizzjoni tal-mod li bih jitwettqu s-salvagwardja u l-funzjoni ta’ superviżjoni skont it-tipi ta’ assi u r-reġjuni ġeografiċi li fihom l-AIF jippjana li jinvesti. Fir-rigward tad-dmirijet ta’ kustodja din id-deskrizzjoni għandha tinkludi listi tal-pajjiżi kif ukoll il-proċeduri biex jiżdiedu u, skont il-każ, jew jiġu rtirati pajjiżi minn dik il-lista. Din għandu jkun konsistenti mal-informazzjoni pprovduta fir-regoli tal-AIF, fl-istrumenti ta’ inkorporazzjoni u fid-dokumenti tal-offerta rigward l-assi li l-AIF jista’ jinvesti fihom;
(c)
dikjarazzjoni li r-responsabbiltà tad-depożitarju ma għandhix tiġi affettwata minn kwalunkwe delega ta’ funzjonijiet ta’ kustodja tiegħu sakemm ma jkunx ħeles lilu nnifsu mir-responsabbiltà tiegħu skont l-Artikolu 21(13) jew (14) tad-Direttiva 2011/61/UE;
(d)
il-perjodu ta’ validità u l-kundizzjonijiet għall-emendar u t-terminazzjoni tal-kuntratt inklużi sitwazzjonijiet li jistgħu jwasslu għat-terminazzjoni tal-kuntratt u d-dettalji dwar il-proċedura tat-terminazzjoni u, jekk applikabbli, il-proċeduri li bihom id-depożitarju għandu jibgħat l-informazzjoni rilevanti kollha li s-suċċessur tiegħu;
(e)
l-obbligi tal-kunfidenzjalità applikabbli għall-partijiet skont il-liġijiet u regolamenti relevanti. Dawn l-obbligi ma għandhomx ixekklu l-abbiltà tal-awtoritajiet kompetenti li jkollhom aċċess għad-dokumenti u l-informazzjoni relevanti;
(f)
il-mezzi u l-proċeduri li bihom id-depożitarju jittrażmetti lill-AIFM jew l-AIF l-informazzjoni rilevanti kollha meħtieġa biex iwettaq dmirijietu inkluż l-eżerċitar ta’ xi drittijiet marbuta mal-assi, u biex l-AIFM u l-AIF ikun jista’ jkollhom ħarsa ġenerali fil-pront u preċiża tal-kontijiet tal-AIF;
(g)
il-mezzi u l-proċeduri li permezz tagħhom l-AIFM jew l-AIF jittrażmetti l-informazzjoni rilevanti kollha jew jiżgura li d-depożitarju jkollu aċċess għall-informazzjoni kollha meħtieġa biex iwettaq dmirijietu, inklużi l-proċeduri li jiżguraw li d-depożitarju jirċievi informazzjoni minn partijiet oħra maħtura mill-AIF jew l-AIFM;
(h)
informazzjoni dwar kemm jekk id-depożitarju, jew parti terza li għandha jiġu ddelegati funzjonijiet ta’ salvagwardja, skont l-Artikolu 21(11) tad-Direttiva 2011/61/UE tistax tuża mill-ġdid l-assi li ġiet fdat bihom u, jekk jeżistu, il-kundizzjonijiet mehmuża ma’ kwalunkwe tali użu mill-ġdid;
(i)
il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti meta tkun qed tiġi kkunsidrata emenda fir-regoli tal-AIF, fl-istrumenti ta’ inkorporazzjoni jew fid-dokumenti tal-offerta, fejn jiġu spjegati s-sitwazzjonijiet li fihom id-depożitarju għandu jiġi mgħarraf, jew fejn ikun meħtieġ il-qbil minn qabel tad-depożitarju sabiex isseħħ l-emenda;
(j)
l-informazzjoni kollha meħtieġa li trid tiġi skambjata bejn l-AIF, l-AIFM, parti terza li taġixxi f’isem l-AIF jew l-AIFM, fuq naħa waħda, u d-depożitarju fuq in-naħa l-oħra, relatata mal-bejgħ, is-sottoskrizzjoni, it-tifdija, il-ħruġ, il-kanċellazzjoni u reakkwist ta’ unitajiet jew ishma tal-AIF;
(k)
l-informazzjoni kollha meħtieġa li trid tiġi skambjata bejn l-AIF, l-AIFM, parti terza li taġixxi f’isem l-AIF jew l-AIFM u depożitarju relatata mat-twettiq tas-sorveljanza u l-funzjoni tal-kontroll tad-depożitarju;
(l)
fejn il-partijiet fil-kuntratt jipprevedu li se jaħtru partijiet terzi biex iwettqu partijiet mid-dmirijiet rispettivi tagħhom, impenn li jipprovdi, fuq bażi regolari, dettalji ta’ kwalunkwe parti terza maħtura u, fuq talba, informazzjoni dwar il-kriterji użati biex tintgħażel il-parti terza u l-passi previsti għall-monitoraġġ tal-attivitajiet imwettqa mill-parti terza magħżula;
(m)
informazzjoni dwar il-kompiti u r-responsabbiltajiet tal-partijiet fil-kontratt fir-rigward tal-obbligi marbuta mal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu;
(n)
informazzjoni dwar il-kontijiet kollha tal-flus miftuħa f’isem l-AIF jew f’isem l-AIFM għan-nom tal-AIF u l-proċeduri li jiżguraw li d-depożitarju se jiġi infurmat kull meta jinfetaħ kont ġdid f’isem l-AIF jew f’isem l-AIFM li jaġixxi f’isem l-AIF;
(o)
dettalji dwar il-proċeduri ta’ esklazzjoni tad-depożitarju, inkluża l-identifikazzjoni tal-persuni li għandhom jiġu kkuntattjati fl-AIF jew skont il-każ, fl-AIFM mid-depożitarju meta jibda tali proċedura;
(p)
impenn mid-depożitarju li jinnotifika lill-AIFM meta jsir konxju li s-segregazzjoni tal-assi mhix, jew ma għadhiex suffiċjenti biex tiżgura l-protezzjoni minn insolvenza ta’ parti terza, li għandha jkunu ġew iddelegati funzjonijiet ta’ salvagwardja skont l-Artikolu 21(11) tad-Direttiva 2011/61/UE f’ġurisdizzjoni speċifika;
(q)
il-proċeduri li jiżguraw li d-depożitarju, fir-rigward tad-dmirijiet tiegħu, għandu l-kapaċità jistħarreġ dwar il-kondotta tal-AIFM u, skont il-każ, jew l-AIF u biex jevalwa l-kwalità tal-informazzjoni trażmessa inkluż billi jkollu aċċess għall-kotba tal-AIF u, skont il-każ, jew l-AIFM jew permezz ta’ żjarat fuq il-post;
(r)
il-proċeduri li jiżguraw li l-AIFM u, skont il-każ, jew l-AIF, jista’ jeżamina l-prestazzjoni tad-depożitarju fir-rigward tal-obbligi kuntrattwali tad-depożitarju.
|
|
Artikolu 83 2.
|
Id-dettalji tal-mezzi u l-proċeduri stabbiliti fil-punti (a) sa (r) għandhom jiġu deskritti fil-kuntratt tal-ħatra tad-depożitarju jew fi kwalunkwe emenda sussegwenti għall-kuntratt.
|
|
Artikolu 83 3.
|
Il-kuntratt tal-ħatra tad-depożitarju jew l-emenda sussegwenti għall-kuntratt imsemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir bil-miktub.
|
|
Artikolu 83 4.
|
Il-partijiet jistgħu jaqblu li jittrasmettu elettronikament l-informazzjoni kollha li tgħaddi bejniethom, jew parti minnha, sakemm tiġi żgurta reġistrazzjoni xierqa ta’ tali informazzjoni.
|
|
Artikolu 83 5.
|
Sakemm ma jkunx previst mod ieħor mil-liġi nazzjonali, ma għandu jkun hemm l-ebda obbligu li jsir ftehim bil-miktub speċifiku għal kull AIF; għandu jkun possibbli li l-AIFM u d-depożitarju jidħlu fi ftehim qafas li jelenka l-AIFs immaniġġjati minn dak l-AIFM li japplika għalihom il-ftehim.
|
|
Artikolu 83 6.
|
Il-liġi nazzjonali applikabbli għall-ħatra kuntrattwali tad-depożitarju u kwalunkwe ftehim sussegwenti għandu jkun speċifikat.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0231
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|