|
+Artikolu 84 Kriterji għall-valutazzjoni tar-regolamentazzjoni u s-superviżjoni prudenzjali applikabbli għal depożitarju f’pajjiż terz |
Artikolu 84 Kriterji għall-valutazzjoni tar-regolamentazzjoni u s-superviżjoni prudenzjali applikabbli għal depożitarju f’pajjiż terzArtikolu 84 Kriterji għall-valutazzjoni tar-regolamentazzjoni u s-superviżjoni prudenzjali applikabbli għal depożitarju f’pajjiż terz Għall-finijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 21(6) tad-Direttiva 2011/61/UE, l-effettività tar-regolamentazzjoni u s-superviżjoni prudenzjali applikabbli għal depożitarju f’pajjiż terz, jekk għandhiex l-istess effett bħal dak previst skont il-liġi tal-Unjoni u l-infurzar effettiv tagħha għandu jkun vvalutat skont il-kriterji li ġejjin:
(a)
id-depożitarju huwa soġġett għal awtorizzazzjoni u superviżjoni kontinwi minn awtorità pubblika kompetenti li għandha riżorsi adegwati biex twettaq il-kompiti tagħha;
(b)
il-liġi tal-pajjiż terz tistabbilixxi kriterji għall-awtorizzazzjoni ta’ depożitarju li jkollhom l-istess effett bħal dawk stabbiliti għal aċċess għan-negozju ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu jew ditti tal-investiment fl-Unjoni;
(c)
ir-rekwiżiti kapitali imposti fuq id-depożitarju fil-pajjiż terz ikollhom l-istess effett bħal dawk applikabbli fl-Unjoni, skont jekk id-depożitarju huwiex tal-istess natura bħal istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta tal-investiment fl-Unjoni;
(d)
il-kundizzjonijiet operazzjonali applikabbli għal depożitarju fil-pajjiż terz ikollhom l-istess effett bħal dawk stabbiliti għal istituzzjonijiet ta’ kreditu jew ditti tal-investiment fl-Unjoni, skont in-natura tad-depożitarju;
(e)
ir-rekwiżiti fir-rigward tat-twettiq tad-dmirijiet speċifiċi ta’ depożitarju tal-AIF stabbiliti fil-liġi tal-pajjiż terz ikollhom l-istess effett bħal dawk previsti fl-Artikoli 21(7) sa (15) tad-Direttiva 2011/61/UE u l-miżuri implimentattivi tiegħu u l-liġi nazzjonali rilevanti;
(f)
il-liġi tal-pajjiż terz tipprovdi għall-applikazzjoni ta’ azzjonijiet ta’ infurzar dissważivi biżżejjed fil-każ ta’ ksur mid-depożitarju tar-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (e). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|